Friday, 14 December 2018
           
Home arrow News arrow Latest arrow FESTA TA’ SANTA TEODORA
FESTA TA’ SANTA TEODORA PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Saturday, 24 November 2018

Nhar il-Ħamis 22 ta’ Novembru 2018 fil-parroċċa tagħna ġiet iċċelebrata l-festa tal-martri Santa Teodora. Fil-5.15pm saret Konċelebrazzjoni li tmexxiet mill-Arċipriet Mons. Daniel Xerri. F’din iċ-ċelebrazzjoni ħadu sehem l-adolexxenti li s-sena d-dieħla ser jirċievu s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Wara l-omelija, huma ġew imsejħa b’isimhom u resqu madwar l-artal fejn stqarrew l-impenn tagħhom li jkomplu l-mixja tagħhom ta’ formazzjoni bi tħejjija għal dan is-sagrament. L-Arċipriet stedinhom biex, fuq l-eżempju tal-Qaddisin martri li taw ħajjithom għal Kristu, huma wkoll jitolbu lill-Ispirtu s-Santu jagħtihom il-qawwa biex jagħtu xhieda għal Ġesù bil-ħajja tagħhom. Huwa stieden ukoll lill-komunità parrokkjali biex takkumpanjahom bit-talb tagħha.

20181122_181623-2000.jpg

 

 
< Prev   Next >