Wednesday, 10 August 2022
           
Home arrow Community arrow Obituaries arrow Funeral Dun Gwann Mizzi
Funeral Dun Gwann Mizzi PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Sunday, 13 February 2022
Nhar it-Tnejn 7 ta’ Frar 2022 fil-knisja Rotunda tax-Xewkija ġie ċċelebrat il-funeral tas-saċerdot Dun Ġwann Mizzi, iben din il-parroċċa. Fis-2.15pm it-tebut ta’ ħuna Dun Ġwann twassal f’korteo mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u tqiegħed fil-Mużew tal-Iskultura għall-qima u t-talb tal-poplu. Imbagħad fit-3.15pm beda l-korteo lejn il-knisja Rotunda akkumpanjat mis-saċerdoti u mill-Isqof ta’ Għawdex Mons. Anton Teuma, fejn fit-3.30pm ingħata bidu għall-Quddiesa solenni praesente cadavere li tmexxiet mill-Isqof. Kanta l-Kor tat-tfal Ulied il-Battista.
smdun_gwann_mizzzi1.jpg
 smdun_gwann_mizzzi2.jpg
 
 
< Prev   Next >