Festa ta' Marija Addolorata |
|
|
|
Written by Trevor Sultana
|
Saturday, 27 March 2010 |
Il-Gimgha ta' qabel il-Gimgha l-Kbira l-Knisja f'Malta u Ghawdex tiddedika dan il-jum lil dik li ssiehbet mal-Mulej fil-passjoni tieghu - Ommu Marija addolorata. Ix-xbieha ta' Marija addolorata dejjem qanqlet devozzjoni kbira f'dawk li jilmhuha - forsi ghax f'Marija addolorata l-bniedem jara kenn u solidarjeta fit-tbatija li jkun qed jghix. Anke Marija, Omm Alla, qasmet l-istess xorti taghna l-bnedmin. Hija baqghet wieqfa hdejn is-salib ta' Binha li kien qed imut, filwaqt li kienet tittama li hemm xi haga ahjar gejja. Marija tghallimna nbatu - inbatu b'dinjita, b'tama, bil-konvinzjoni li t-tbatija hija biss parti limitata fl-ezistenza taghna. Id-devozzjoni popolari ta' eluf ta' Maltin u Ghawdxin, li tintwera b'mod specjali f'dan il-jum, mhix superficjali - anzi hija espressjoni sinciera li hierga mill-fond tal-esperjenza u mill-istorja ta' kull persuna.
Fil-parrocca taghna tax-Xewkija, din id-devozzjoni lejn Marija addolorata hija popolari hafna. Zgur li mal-migja tal-istatwa tad-Duluri lejn nofs is-seklu dsatax, xoghol mill-isbah tad-ditta Galard et Fils ta' Marsilja, kabbret din id-devozzjoni. Din id-devozzjoni hadet xejra gdida meta fl-1973, il-purcissjoni tad-Duluri bdiet issir f'forma ta' paegent.
Din is-sena, lejlet il-festa, saret velja ta' talb lil Marija addolorata. Il-Gimgha mbaghad saret koncelebrazzjoni solenni fis-5.45pm fil-Knisja Rotunda. Mexxa l-koncelebrazzjoni Dun Guzepp Cini flimkien mas-sacerdoti Xewkin. Fis-7.00pm bdiet hierga l-purcissjoni-paegent li fiha jiehdu sehem numru kbir ta' atturi Xewkin. Il-purcissjoni ghaddiet mill-istess toroq li tghaddi l-purcissjoni ta' San Gwann f'Gunju. Ghall-habta tad-9.30pm il-purcissjoni dahlet lura fil-Knisja Rotunda.
L-istatwa devota ta' Marija Addolorata - Knisja Rotunda Xewkija
|