Hadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej |
|
|
|
Written by Trevor Sultana
|
Sunday, 28 March 2010 |
Permezz ta' Hadd il-Palm il-Knisja tiftah iz-zmien qaddis tal-Gimgha Mqaddsa li jaghlaq f'Hadd il-Ghid. F'dan il-jum il-Knisja tfakkar id-dahla ta' Gesu f'Gerusalemm, fost il-ferh tal-Lhud li laqghuh bil-frieghi tal-palm u taz-zebbug - laqgha li kienet issir biss lir-rejiet. Madankollu din il-grajja ssehh meta l-kapijiet tal-poplu kienu diga qed ihejju pjan biex joqtlu lil Gesu. Minhabba f'hekk, f'dan il-jum, il-Knisja tfakkarna wkoll fil-passjoni ta' Gesu. Din is-sena naqraw il-passjoni skont San Luqa. Fil-qari tal-liturgija tal-lum nisimghu dwar Gesu li fil-passjoni tieghu wera l-oghla grad ta' fedelta u ubbidjenza li bniedem jista' juri lejn Alla. Kien permezz ta' din ir-rieda li ahna gejna mqaddsin.
Din il-grajja, fil-parrocca taghna, infakkruha b'mod specjali fil-Quddiesa tat-8.30am. Fit-8.15am, il-kongregazzjoni tingabar hdejn l-isatwa ta' San Pawl (wara l-Knisja), fejn jinqara l-vangelu tad-dahla tal-Mulej f'Gerusalemm u jitbierek il-palm u z-zebbug. Imbaghad kulhadd jimxi f'purcissjoni lejn il-Knisja u tibda l-Quddiesa.
Id-Dahla tal-Mulej f'Gerusalemm
|