Monday, 08 August 2022
           
Home
It-Tlitt Ijiem Imqaddsa tal-Ghid PDF Print E-mail
Written by Trevor Sultana   
Friday, 02 April 2010

Fil-jum ta' Hamis ix-Xirka filghaxija, il-Knisja tfakkarna f'dik l-ahhar ikla ta' Gesu meta waqqaf l-Ewkaristija u hasel riglejn l-appostli.  Dan il-misteru, niccelebrawh fil-funzjoni ta' filghaxija, li fiha jsir ukoll il-hasil tar-riglejn ta' tnax-il ragel li jirrapprezentaw it-tnax-il appostlu.  Fil-parrocca taghna, din il-funzjoni bdiet fis-6.00pm u mexxa l-Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca, flimkien mas-sacerdoti Xewkin.  Fi tmiem din il-Quddiesa, is-Sagrament Imqaddes gie mehud fl-altar tar-ripozizzjoni u l-adorazzjoni baqghet sejra sa nofs il-lejl.  Numru kbir ta' nies zaru l-knisja taghna filwaqt li kienu qed jaghmlu s-seba' visti fil-knejjes, tradizzjoni antika li bdiet gewwa Ruma.

 
Fil-jum tal-Gimgha l-Kbira l-Kbira mbaghad il-Knisja ddawwar harsitha lejn il-mewt tal-Mulej Gesu fuq is-Salib - l-ghuda li minn sinjal ta' sahta saret barka ghall-umanita kollha.  Din il-grajja l-Knisja tghixha, b'mod specjali, fil-funzjoni tal-adorazzjoni tas-Salib.  Din il-funzjoni, li tibda f'xi hin qrib it-3.00pm (il-hin li fih miet Gesu), fiha erba' partijiet principali - 1. Il-qari tal-Kelma t'Alla - fost l-ohrajn jinqara r-raba' kantiku tal-Qaddej tal-Mulej mill-ktieb tal-profeta Izaija u l-Passjoni ta' Gesu skont San Gwann.  2.  It-talb ta' intercessjoni ghall-Papa, ghall-Knisja, ghal dawk li m'ghandhomx l-istess fidi taghna, u ghall-mexxejja tal-pajjizi.  3. L-adorazzjoni tas-Salib li hija l-parti principali f'din il-funzjoni. 4. It-tqarbin. 
F'Sibt il-Ghid filghodu l-Knisja zzomm is-silenzju u ma ticcelebrax sagramenti, fl-istennija tal-qawmien tal-Mulej.  F'dan il-jum il-Knisja takkumpanja lil Gesu fl-inzul tieghu fil-qighan tal-art minn fejn hareg lill-bniedem mit-telfien ta' dejjem.  Huwa wkoll il-jum li fih nakkumpanjaw lil Ommna Marija addolorata wara l-mewt u d-difna ta' Binha.  Dawn il-mumenti, ghexnihom bhala parrocca, billi fid-9.00am gie ccelebrat l-Ufficcju Divin.  Sibt il-Ghid bil-lejl, fit-8.00pm, bdiet il-Velja tal-Ghid immexxija mill-Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca flimkien mas-sacerdoti tal-parrocca.  Din il-velja fiha erba' taqsimiet: 1. Il-mixeghla tal-blandun u t-thabbira tal-Ghid bil-kant tal-Exultet  2. Is-smigh tal-Kelma t'Alla, il-kant tal-Gloria, u l-Omelija  3.  Il-Maghmudija  4.  Il-liturgija tal-Ewkaristija.
Last Updated ( Tuesday, 06 April 2010 )
 
< Prev   Next >