Written by Mary Xerri
|
Sunday, 04 April 2010 |
Kristu qam tassew rebbieh fuq il-mewt u d dnub.......Hallelujah
Dan huwa l-messagg li l-Knisja qed ixxandar f'dan iz-zmien tal-Ghid li beda nhar is-Sibt bil-lejl f''dik li tissejjah il-Velja tal-velji kollha. Fil-grajja tal-qawmien ta' Kristu mill-mewt, il-bniedem jista' jsib ir-raguni vera ta' kull ferh u tama fil-hajja tieghu. Bil-mewt u l-qawmien tieghu Gesu tana l-possibilta li nibdew hajja gdida, mhux frott il-hila taghna, imma frott il-mahfra tieghu li qieghda kontinwament hemm biex tinghatalna. Bil-mewt u l-qawmien tieghu Gesu tana wkoll il-possibilta li nehilsu mill-biza tal-mewt personali taghna u wriena mod gdid kif immutu - f'sottimosissjoni lejn il-Missier u bit-tama tal-hajja ta' dejjem. Ghalhekk bir-ragun nghidu flimkien mal-Knisja - Dan hu l-jum li ghamel il-Mulej, ha nifirhu u nithennew fih. Hallelujah.
L-Ghid it-Tajjeb lil kulhadd
|
Last Updated ( Tuesday, 06 April 2010 )
|