Zakkarija Missier il-Battista |
|
|
|
Written by Johnny Azzopardi
|
Tuesday, 27 January 2009 |
Bil-persuna ta’ Zakkarija nkunu nghalqu l-bieb ghat-Testment il-Qadim u nbexxquh ghal zmien it-testment il-Gdid. Nafu fi zgur tlitt dettalji l-iktar importanti daqskemm jgholluh lil dan il-personagg. L-ewwel li huwa kien qassis, it-tieni li kien mizzewweg ma’ Elizabetta u t-tielet li kien missier Gwanni il-Battista. Il-kelma ta’ Zakkarija tfisser il-Mulej ftakar, u ismu qieghed imnizzel ghal disa darbiet. Interessanti kif l-istorja ta dan il-qassis qieghda biss fl-evangelju ta’ Luqa. Dan l-istess evangelista pero’ izid dettal dwar din il-koppja li mhux ta’ min ihallih barra: “It-tnejn kienu nies gusti quddiem Alla u jimxu bla nuqqas ta’ xejn skond il-precetti u l-kmandamenti kollha tal-Mulej” (Lq 1,6).
Zakkarija U Abija
Li missier San Gwann il-Battista kien qassis, m’hemm ebda dubju dwar dan, ghaliex jghidu l-Evangelju. “Kien hemm qassis jismu Zakkarija mit-taqsima ta’ Abija” (Lq 1,5). Hawn ghalhekk sewwa li naghtu xi taghrif dwar il-qassissin tat-Testment il-Qadim, kif ukoll dwar hidma qaddisa taghhom fit-tempju ta’ Gerusalem. Fi zmien Zakkarija l-qassisin kienu jinqasmu f’erba u ghoxrin taqsima. Kull taqsima kienet obbligata li iddumfis-servizz ghal gimghatejn shah. Dan ghalhekk itella it-total ta’ tmienja u erbghin gimgha. Ma’ dawn il-gimghat imbaghad, wiehed irid izid l-erba’ festi principali tal-Lhud, jigifieri dik ta’ l-Ghid, ta’ l-Ghid il-Hamsin, ta’ l-Gherejjex u ta’ l-Espjazzjoni. Ghal dawn il-festi l-kbar il-qassisin kollha kienu obbligati li jkunu prezenti ghas-servizz fil-maqdes. Hekk matul is-sena kollha fit-tempju dejjem ikun hemm numru ta’ qassissin biex il-liturgija issir bid-dinjita li jixirqilha.
Ghalkemm l-ghorrief ma jaqblux bejniethom dwar in-numru ta’ qassisin li seta’ kien hemm fit tempju, imma jidher li n-numru taghhom kien wiehed mdaqqas sew. Aktar u aktar meta ma dawn wiehed ghandu jghodd ukoll il-leviti. Fl-ittra tal-Psewdo-Aritea miktuba fl-ahhar snin tat-tieni seklu qabel Kristu, jghid li huwa zar it-tempju u sab hemm madwar 700 qassis jaghtu is-servizz. Issa dan in-numru kien biss ta’ taqsima wahda, u minn dawn it-taqsimiet kien hemm 24. Altru li n-numru kien wiehed kbir. Pero’ dan in-numru jista jkun ukoll xi ftit esagerat. Wiehed minn dawn il- qassissin kien bla dubju Zakkarija.
(Kitba ta’ Mons Lawrenz Sciberras, Gougion 2006)
|
Last Updated ( Wednesday, 28 January 2009 )
|