Thursday, 29 July 2021
           
Home
Il-Bullettin tal-Hadd 25 ta' Lulju 2021
Written by Frans Galea   
Saturday, 24 July 2021
 25_lul_21.jpg
 bullettin_25-07-2021.jpg
Last Updated ( Saturday, 24 July 2021 )
 
IS-SBATAX-IL HADD MATUL IS-SENA (2021) IL-GUH GHALL-KELMA
Written by Frans Galea   
Saturday, 24 July 2021

Din hija il-Liturgija tas-Sbatax il-Hadd matul is-Sena (2021) bi hsibijiet min Joe Rapa.

jesus-loaves-and-fish.gif

 

Ta’ bnedmin li aħna, nimpressjonaw ruħna mix-xejxi, kemm dak materjali u anke dak ‘reliġjuż’.  Meta x-xejxi jkun ta’ Alla, dan jista’ jgħinna nsibuH, tant li hemm min qal li s-Sbuħija ssalva d-dinja u l-qalba tas-Sbuħija hi l-Wiċċ sofferenti ta’ Kristu fuq is-Salib.   Allura l-qalba tas-Sbuħija hija l-Imħabba.  L-Imħabba hi l-akbar xejxi li hawn, xejxi, sbuħija li tibqa’ mhux bħax-xejxi tal-murtal tal-kulur tal-festa li jdawwal u jsebbaħ l-iswed tas-sema bil-lejl, imma għal waqt wieħed.  Ix-xejxi tad-dinja hekk qisu: sbuħija li tinbela’ mid-dlam sewdieni.  Dan ngħiduh u nibqgħu ngħiduh għax għandna l-esperjenza tiegħu.  Sabiħa l-Ħajja!  X’ġenerożità ta’ Alla!  Imma aħna ġejna maħluqa għal ħwejjeġ akbar!

 

Hi ħasra li tant nies ma jiggustawx il-Ħajja.  Tant tensjoni.  Tant tħassib. Tant aljenazzjoni bix-xejxi li jinganna għax jinbela’ mir-rejaltà li rridu mmorru lura għaliha.  Il-bniedem hu bil-ġuħ!  Il-progress, il-kumdità, l-ekonomija, ħajja itwal (jgħidu), l-edukazzjoni, permessività, drittijiet ta’ kull tip... dan kollu ħallew bniedem bil-ġuħ, u ma jafx għal xhiex.  Hu jfittex li jaqta’ l-ġuħ tiegħu b’elf mitt ħaġa, iżda meta għandu bżonn pranzu, donnu li qed jiekol ċiċra, għax qatt mhu kuntent.

 

Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 18 ta' Lulju 2021
Written by Frans Galea   
Saturday, 17 July 2021
   18_lul_21.jpg
 bullettin_18-07-2021.jpg
Last Updated ( Saturday, 24 July 2021 )
 
IS-SITTAX-IL HADD MATUL IS-SENA (2021) IN-NISRANI RAGHAJ WIEHED GHANDU: LIL KRISTU!
Written by Frans Galea   
Saturday, 17 July 2021

Din hija il-Liturgija tas-Sittax il-Hadd matul is-Sena (2021) bi hsibijiet min Joe Rapa.

 gesu_u_app_bahar.jpg

 

Fil-Kultura Lhudija taż-żmien bibliku, u anke wara, il-figura tar-Ragħaj kienet importanti ħafna.  Il-ħajja primittiva, tal-bidu, għall-bniedem, kienet dik tal-kampanja, u l-ekonomija kienet għal kollox agrikola u bbażata fuq it-trobbija tal-annimali.  Kien bil-mod il-mod li bdiet tinfirex il-kultura urbana, tal-ibliet, iżda għal ħafna sekli iktar kien hemm nies jgħixu fil-kampanja.  Għalhekk il-Ħajja ta’ barra l-ibliet, u tal-irħula żgħar ħafna, kienet tforni modi ta’ kif il-bniedem jitkellem, jaħseb u jimmaġina.  Kull filgħaxija il-familja, jew il-klan, kien jinġabar barra, fis-sajf, u fix-xitwa madwar il-fuklar, u hemm kienu jirrakkontaw lil xulxin il-ġrajjiet mitiċi tal-antenati tagħhom.  Kien b’dan il-mod li Iżrael baqa’ jgħix u jiftakar l-għemejjel ta’ Alla fl-Istorja tiegħu ferm qabel li dawn l-istejjer bdew jitħażżu fuq xi romblu.

 

Kien hemm ħafna figuri drammatiċi li kienu jħallu, lit-tfal speċjalment, b’ħalqhom miftuħ jisimgħu.  L-annimali kattivi li kienu jattakkaw lill-bniedem, irġiel ta’ saħħa ta’ barra minn hawn, nies ta’ kuraġġ u spirtu qalbieni, bnedmin dgħajfa mgħaffġa taħt il-qilla ta’ min hu b’saħħtu, li, iżda, bil-qawwa tal-Mulej għamlu ħwejjeġ kbar xorta waħda.  In-ngħaġ kwieti li jitgerrxu quddiem l-ilpup imġewħa li jissajjawlhom fid-dlam tal-lejl... u r-Ragħaj. 

Last Updated ( Saturday, 17 July 2021 )
Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 11 ta' Lulju 2021
Written by Frans Galea   
Saturday, 10 July 2021
 11-7-21.jpg
 bullettin_11-07-2021.jpg
 
IL-HMISTAX-IL HADD MATUL IS-SENA (2021) INT U JIEN APPOSTLI U PROFETI!
Written by Frans Galea   
Saturday, 10 July 2021

Din hija il-Liturgija tal- Hmistax il-Hadd matul is-Sena (2021) bi hsibijiet min Joe Rapa.

twelve-apostles-of-jesus.png

 

Kemm togħġobni t-tixbiha, it-tqabbila tas-Sagrament kbir tal-Magħmudija ma’ lewża tas-siġra tal-ballut!  Kemm inħobb nirrepetiha f’dawn il-versi fqar tiegħi!  Il-Magħmudija hi bħal meta wieħed jiżra’ lewża tal-ballut fil-ħamrija.  Din il-lewża hi żgħira, midfuna, qisha xejn, bħall-Magħmudija meta kienet inagħtatilna meta konna trabi.  Imma f’din il-lewża hemm il-potenzjal, il-possibiltà, id-DNA ta’ ħwejjeġ enormi, ta’ siġra kbira, b’saħħitha, li l-irwiefen ma jagħmlulha xejn u li minnha kienu jieħdu l-injam għax-xwieni tal-gwerra, tant hu b’saħħtu l-injam tagħha!

 

Fid-DNA tal-lewża tal-Magħmudija hemm is-Sorpriża kollha ta’ Alla.  L-ewwel nett, il-Magħmudija mhix biss rit li sar darba u daqshekk.  Hi Misteru.  Hi Proċess, ħidma ta’ Alla fina li jtul tul ħajjitna kollha.  Il-Magħmudija hi Mixja.  Hemm min jimxiha din il-Mixja ta’ konverżjoni, bidla, maturazzjoni fil-Fidi, sal-aħħar jum ta’ ħajtu u bħal Pawlu jkun jista’ jgħid: “Tqabadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-ġirja, ħarist il-Fidi!”  (2 Tim. 4, 7).  Hemm min, minflok, kemm kemm jagħmel pass.  Jikber fiżikament u jsir m’għola hawn; jagħmel suċċess fil-ħwejjeġ tad-dinja, jistagħna... imma jkun għadu liebes il-libsa ċkejkna ta’ meta ħaduh il-knisja l-ewwel darba!  Għalhekk il-Magħmudija, jew ngħixuha billi nidħlu fil-Proċess twil tagħha, jew le.  Aħna ħielsa.  Jew ngħidu l-“Iva!” ta’ Marija li emmnet fil-Misteru li ma fehmietx, jew ngħidu “Le!”

Read more...
 
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>

Results 1 - 26 of 1426