IL-PENTEKOSTE (GHID IL-HAMSIN) 2021 IL-QAWWA TAL-ISPIRTU S-SANTU TOHLOQ KNISJA |
Written by Frans Galea
|
Sunday, 23 May 2021 |
Din
hija il-Liturgija ta' Ghid il-Hamsin Pentekoste (2021) bi hsibijiet min Joe Rapa.
|
Il-Pentekoste, jew kif nafuha wkoll bil-Malti pur, Għid il-Ħamsin, hija
solennità kbira fis-Sena Liturġika tal-Knisja; aktarx it-tieni festa, wara l-Għid il-Kbir, li bdiet tiġi ċċelebrata
mill-Knisja primittiva tal-ewwel sekli.
F’din il-Festa, l-Knisja terġa’ tgħix mill-ġdid it-twelid tagħha mnissel
fin-nirien tal-Ispirtu Qaddis ta’ Alla.
Il-Ġemgħa kien ilha xi snin miġbura madwar Ġesù, ir-Rabbi minn Nazaret,
imma saret tassew “Knisja” fil-miraklu enormi li seħħ fil-kamra ta’ fuq
taċ-Ċenaklu. L-Ispirtu s-Santu hu tassew
l-ikbar Qawwa li teżisti fl-univers u biH sar kollox. Huwa nvesta lil dawk kollha li kienu miġbura
flimkien mal-Verġni Mqaddsa Marija, Omm l-Imgħallem, bin-nirien tal-ħeġġa u
bir-riħ tal-ħelsien. Dawk kollha li
kienu preżenti għaddew mill-esperjenza memorabbli tat-Twelid Ġdid li kien
bassar Kristu nnifsu, u ħassew li kienu waqgħu minn fuqhom il-ktajjen antiki
tal-kalkoli, tad-dubji, tal-biża’ u ħarġu jxandru l-Bxara t-Tajba bħal nies li
ma kellhom xejn li xejn x’jitilfu!
Tant kienet tal-għaġeb din id-deħra li ħafna ħasbuhom fis-sakra. Li kien ġara kien il-frott immedjat
tal-Misteru tal-Għid ta’ Kristu.
Għall-ewwel darba l-Ispirtu niżel fuq Ġemgħa u ħoloq Poplu Ġdid,
il-Poplu l-Ġdid ta’ Alla. San Ġwann
jgħidilna ċar u tond li qabel l-Ispirtu ma setax jinagħta... l-Ispirtu kien għad ma ngħatalhomx, billi
Ġesù kien għadu ma ġiex igglorifikat.
(Ġw. 7, 39). Kristu “xtara”
(biex nużaw kelma baxxa) l-Ispirtu s-Santu bl-Ubbidjenza tiegħu lejn
il-Missier. Il-Passjoni, il-Mewt u
l-Qawmien mill-Mewt fetħu beraħ l-għejjun tal-ilmijiet tal-Ħajja. Minn dak il-mument ’il quddiem, l-Ispirtu
s-Santu beda jgħammar fil-Knisja u jinagħta lil kotra ta’ nies minn ġenerazzjoni
għall-oħra.
|
Read more...
|
|
Il-Bullettin tal-Hadd 16 ta' Mejju 2021 |
Written by Frans Galea
|
Sunday, 16 May 2021 |
|
|
IS-SEBA’ HADD TAL-GHID (2021) IT-TIFKIRA SOLENNI TA’ TLUGH IL-MULEJ FIS-SEMA (LAPSI) |
Written by Frans Galea
|
Sunday, 16 May 2021 |
Din
hija il-Liturgija tas-Seba'Hadd ta' L-Ghid (2021)TLUGH IL-Mulej fis-Sema ( Lapsi)bi hsibijiet min Joe Rapa.
|
Sal-aħħar waqtiet ta’ Kristu fuq din l-art, l-appostli u dawk qrib tiegħu
baqgħu ma jistgħux jifhmu tassew x’kienet il-Missjoni kbira tiegħu; għal xhiex
kien daħal għat-tbatija tal-Passjoni, il-Mewt u mbagħad il-Qawmien tiegħu. San Luqa jistqarr li kellhom ħerqa kbira
jkunu jafu meta kien se jsir Sultan u jerġa’ jwaqqaf is-Saltna ta’ David li
kienet sparixxiet sekli qabel mal-Eżilju f’Babel! Kristu telaqgħom, hekk kif kienu, bit-taħwid
tagħhom, f’idejn l-Ispirtu s-Santu... “Mhix
biċċa tagħkom li tkunu tafu l-jiem u ż-żmien li l-Missier żamm fis-setgħa
tiegħu. Imma intom tiksbu qawwa, meta
jiġi fuqkom l-Ispirtu s-Santu. U tkunu
xhieda tiegħi f’Ġerusalemm...” (Atti 1, ???). Nistgħu
nimmaġinaw kif baqgħu iċċassati hekk kif ftit wara dan id-dibattitu dwar
is-Saltna tad-dinja, jaraw lil Dak li fih kienu qegħdu t-tamiet tagħhom
jittieħed minn ħdejhom u jiġi meħud ’il fuq lejn is-Sema!
L-esperjenza
tal-Pentekoste (Għid il-Ħamsin) bidlet għal kollox il-mentalità tad-dixxipli
ta’ Ġesù. Id-Dawl tal-Ispirtu s-Santu
urihom dak li qabel kien moħbi minnhom.
Issa fehmu għaliex Ġesù kien qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-Tajba lill-ħolqien
kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva;
iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat.”
(Mk. 16, 15). X’kienet din
il-Bxara t-Tajba li ntbagħtu mad-dinja kollha jxandru? Żgur li ħarsu lejn xulxin, għax għal
darb’oħra ma fehmuhx. Kellhom
raġun. Kristu kien qed ikellimhom fuq ħwejjeġ
sopranaturali, huma li kienu għadhom nies għal kollox naturali u “down to earth”. Sakemm Kristu kien għadu magħhom, huma ma
setgħux jifhmu l-Missjoni tiegħu. Dan hu
Misteru. Hu ittieħed minn magħhom lejn
is-Sema, biex imbagħad jiġi l-Ispirtu s-Santu, id-Difensur u jimlihom bl-għerf
tas-Sema, bl-għerf veru. Kristu stess
kien qalilhom li jekk ma jmurx Hu ma jiġix l-Ispirtu tal-Verità li kellu
jdawwalhom fuq kollox. Ma baqax magħhom
fiżikament, imma, u dan hu Misteru tafux, il-Preżenza tiegħu kienet se tkun
akbar u aktar intimà u aktar b’saħħitha spiritwalment.
|
Read more...
|
|
Il-Bullettin tal-Hadd 9 ta' Mejju 2021 |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 08 May 2021 |
|
|
IS-SITT HADD TAL-GHID (2021) KRISTU JISSORPRENDI! |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 08 May 2021 |
Din
hija il-Liturgija tas-Sitt Hadd ta' L-Ghid (2021) bi hsibijiet min Joe Rapa.
In-Nisrani li għandu x’jirrakkonta dwar l-għemil ta’
Kristu f’Ħajtu, hu bniedem hieni, bniedem li ġie sorpriż b’qawwa kbira
mill-Ispirtu rebbieħ fuq il-Mewt, l-Ispirtu ta’ Kristu. Kristu hu bħar-riħ li ma tafx minn fejn hu
ġej u lanqas fejn hu sejjer. Ma tafx
biex ġej! Ħaġa waħda hi ċerta: l-ikbar
Sorpriża ta’ Kristu hi meta l-bniedem jiskopri xi ħaġa li tbellħu: l-Imħabba kbira
li biha Alla jħobbu u li wera meta ta lil Ibnu għall-Mewt għalih. Meta l-bniedem jiskopri dan, jibqa’ sorpriż u
maħsud li hu tant hu mportanti għal Alla, tant jiswa għaliH, tant hu stmat,
tant li hu l-mimmi t’għajnejn Alla! Dan
jista’ jirrakkontah biss minn iltaqa’ ma’ din l-Imħabba mhux meta kienu ilu
jisforza biex ikun tajjeb, imma meta kien għadu ta’ Alla. Dan il-bniedem għadu ta’ Alla, jsir jixbaħ
lil Kristu! Isir bħar-riħ, bħal Kristu!
Infatti, l-konverżjonijiet veri, kemm kbar u kemm dawk
mhux magħrufa, iseħħu fi bnedmin midinba bis-serjetà, u li fil-qalba tad-dnub
tagħhom, f’nofs il-miżerja tagħhom, appuntu meta huma kienu mejta minħabba
d-dnub li kien sar ħaġa waħda magħhom, f’dak il-ħin meta ħassewhom l-iktar
imbegħdin minn Alla... Alla ġie u messilhom qalbhom! Ma tqażżiżx minnhom. Ma ġġudikahomx. Issorprendihom billi
għarrafhom il-Misteru ta’ Kristu li miet
għall-bnedmin mhux meta dawn kienu tajbin imma meta kienu għedewwa tiegħu! Kif qal xi ħadd: il-ħaruf resaq lejn l-ilpup
imġewħa biex isir ikel għalihom, b’tali mod li hu jmut biex huma jgħixu!! Hu jmut biex dawk li jobogħduh jgħixu! Din hija r-Rebħa tal-Imħabba. Din hija r-Rebħa fuq il-Mewt. Dan hu l-Misteru tas-Salvazzjoni. Din hi l-ekonomija ta’ kif jadem Alla.
|
Read more...
|
|
|