Thursday, 06 May 2021
           
Home
KATEKEZI FUQ SAN GWANN BATTISTA
Written by Frans Galea   
Friday, 07 February 2020

Nhar il-Ħamis 30 ta’ Jannar 2020 saret l-ewwel Katekeżi Bibblika fuq San Ġwann Battista, bi tħejjija għall-Festa ta’ din is-sena, li ser tkun waħda speċjali fl-okkażjoni tal-175 tal-istatwa ta’ San Ġwann Battista. Il-Katekeżi tmexxiet minn P. Marcello Ghirlando OFM. Dawn il-Katekeżi ser jibqgħu jsiru waħda kull l-aħħar Ħamis tax-xahar, sal-Festa.

 katekei_1_patri_marcello-2000.jpg
 katekei_p._marcello-2000.jpg

 

 
Il-Bullettin tal-Hadd 2 ta' Frar 2020
Written by Frans Galea   
Saturday, 01 February 2020
2_frar_20.jpg
 bullettin_02-02-2020.jpg
 
2 TA’ FRAR, 2020 IL-PREZENTAZZJONI TAL-MULEJ – IL-GANDLORA DELL TAL-MISTERU TAL-GHID
Written by Frans Galea   
Saturday, 01 February 2020

Din hija il- Liturgija tal-Prezentazzjoni tal-Mulej ( Il-Gandlora ) (2020)  bi hsibijiet  min Joe Rapa.

prezantazzjoni_mulej.jpg

 

Erbgħin jum wara t-twelid tal-ewwel tifel ta’ kull familja Lhudija, hu kien jiġi mifdi mill-ġenituri tiegħu għax kien ikun propjetà tal-Mulej.  L-istess għal  kull ferħ maskil tal-annimali li jitwieled mill-omm.  Wara din l-ordni li l-Mulej kien ta lill-poplu tiegħu hemm moħbi l-Misteru tal-Għid.  Dan lilna jħawwadna xi ftit għax għal żmien twil fl-istorja warrabna miċ-ċentru tar-relazzjoni tagħna ma’ Alla l-Misteru tal-Għid li fih Alla jifdi, jeħles, isalva, jaħtaf minn ħalq il-Mewt lil kull bniedem.  Iktar ikkonċentrajna fuq dak li nistgħu nagħmlu aħna għas-salvazzjoni tagħna milli dak li kapaċi jagħmel Alla għalina bla ma jistħoqqilna.

 

Last Updated ( Saturday, 01 February 2020 )
Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 26 ta' Jannar 2020
Written by Frans Galea   
Sunday, 26 January 2020
26_jan_20.jpg
 bullettin_26-01-2020.jpg
 
IT-TIELET HADD MATUL IS-SENA (2020) KRISTU DAWL U GMIEL
Written by Frans Galea   
Sunday, 26 January 2020

Din hija il- Liturgija tat-tielet Hadd  ta' matul is-sena (2020)  bi hsibijiet  min Joe Rapa.

bloch-sermononthemount.jpg

 

L-antifona tat-dħul għall-Ewkaristija tat-Tielet Ħadd matul is-Sena (A) mill-ewwel tindikalna dak li jrid jgħidilna l-Ispirtu s-Santu bil-Kelma tal-lum.  “Għannu lill-Mulej għanja ġdida, għannu lill-Mulej fl-art kollha!  Ġmiel u sebħ huma quddiemu, qawwa u sbuħija fis-santwarju tiegħu.”  (S. 96, 1 u 6).  Salm 96 huwa Salm ferrieħi fejn jispikkaw il-Kelmiet “Ġmiel” u “Sebħ” (dawl).   Id-dawl u l-ġmiel għandhom it-tnissil tagħhom f’Alla, joħorġu minnU u jdawlu u jsebbħu kulfejn hemm ix-“Xekinah”, il-Preżenza tiegħU.  L-essenza ta’ Alla hi miġbura fil-Messija tiegħU, fi Kristu Ġesù, u l-essenza ta’ Alla, k’ikollok tagħsar dak kollu li hu Alla, tispiċċa f’ħaġa waħda: Imħabba, u Mħabba lejn l-għadu.  Dan hu d-Dawl li jdawwal l-univers u l-Ġmiel ta’ kollox.

 

 

Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 19 ta' Jannar 2020
Written by Frans Galea   
Saturday, 18 January 2020
19_jan_20.jpg
 bullettin_19-01-2020.jpg
Last Updated ( Saturday, 18 January 2020 )
 
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>

Results 131 - 156 of 1402