Wednesday, 29 June 2022
           
Home
IS-SALIB SINJAL TA' TAMA
Written by Mary Xerri   
Tuesday, 29 June 2010

Fiż-Żjara Appostolika li għamel dan l-aħħar f’Ċipru, il-Papa Benedittu XVI tkellem dwar l-importanza li għandu s-Salib għad-dinja: “Is-Salib mhuwiex sempliċement simbolu privat ta’ devozzjoni, mhuwiex sempliċement sinjal ta’ sħubija ma’ grupp partikolari fis-soċjeta, u fil-profondità tat-tifsir tiegħu m’għandu xejn x’jaqsam mal-impożizzjoni bil-forza ta’ xi twemmin jew filosofija. Is-Salib jitkellem fuq it-tama, l-imħabba, ir-rebħa tan-non-vjolenza fuq l-oppressjoni, jitkellem fuq Alla li jerfa’ lil min hu fil-baxx, li jqawwi lil min hu dgħajjef, li jirbaħ fejn hemm il-firda u li jissupera l-mibgħeda bl-imħabba”.

Dan il-kliem għandu sinjifikat qawwi meta wieħed iżomm quddiem għajnejh li ftit tax-xhur ilu l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani ddeċidiet li l-Italja għandha tneħħi s-slaleb mill-postijiet pubbliċi kollha. Meta l-Italja appellat kontra din id-deċizjoni, diversi pajjiżi, fosthom Malta, intervjenew bħala pajjizi terzi fil-każ.

Huwa b’sodisfazzjon li ninnutaw li l-intervent ta’ Malta sar bl-approvazzjoni flimkien tal-Prim Ministru u tal-Kap tal-Oppożizzjoni. Dakinhar il-Prim Ministru qal li “fuq punt ta’ prinċipju, ninsistu li pajjiż li għal sekli sħaħ dejjem żamm b’għożża valuri u tradizzjonijiet partikolari, m’għandux ikun obbligat ibiddilhom għax xi ħadd joġġezzjona għalihom. Sakemm il-poplu f’dik is-soċjetà jkun irid hekk, il-karatterisitiċi soċjali u kulturali tas-soċjeta għandhom ikunu rispettati. Qorti li tiddeċiedi mod ieħor ma tkunx qed turi sensittivita lejn dawn l-aspetti u tkun qed taqbad direzzjoni żbaljata”.

Nilqgħu u nappoġġjaw bis-sħiħ din il-pożizzjoni. Hekk, bħala pajjiż, inkunu qed nagħtu sehemna fil-ħajja pubblika sabiex l-Ewropa ma titlifx l-għeruq iNsara tagħha, għax kif qal il-Papa Ġwanni Pawlu II: “L-istorja tal-Ewropa ma tkunx tinftiehem jekk ma jkunx hemm referenza għall-ġrajjiet li mmarkaw iż-żmien importanti tal-evanġelizzazzjoni u s-sekli sħaħ li segwew u li fihom il-Kristjaneżmu, minkejja l-qasma bejn il-Lvant u l-Punent, sar ir-reliġjon tal-popli Ewropej” (Ecclesia in Europa, 24.)

Ma jkunx loġiku li wieħed jipprojbixxi simboli reliġjuzi bħas-Salib minn postijiet pubbliċi meta s-soċjetà saret konxja tad-dritt għall-libertà reliġjuza. It-turija tas-Salib f’postijiet pubbliċi ma timponix reliġjon: fit-tradizzjoni tagħna, is-Salib  hu simbolu u espressjoni tal-ogħla altruwizmu u ġenerozità, kif ukoll tal-ikbar solidarjetà offruta lil kulħadd.

Inħossu wkoll li l-ispirtu ta’ djalogu li jeżisti bejn il-knejjes u r-reliġjonijiet differenti, għandu jservi ta’ okkażjoni eċċellenti biex it-tradizzjonijiet reliġjuzi rispettivi jiġu rispettati.

Barra minn hekk, nħeġġu lill-iNsara sabiex jgħożżu s-Salib bħala sinjal tal-fidwa li Kristu ġab lill-umanità. Ninkuraġixxu lill-Insara sabiex jagħtu xhieda tal-fidi tagħhom billi jaċċettaw is-salib u jimxu wara Kristu.

+ Pawlu Cremona O.P.

+ Mario Grech

+ Annetto Depasquale


Fr Joe Magro

Segretarju

 
IL-KRIZI TAL-IKEL FL-AFRIKA THALLI 10 MILJUNI BIL-GUH - APELL URGENTI GHALL-GHAJNUNA
Written by Mary Xerri   
Tuesday, 29 June 2010

Caritas qed tappella għall-għajnuna internazzjonali sabiex tingħeleb il-kriżi tal-ikel fir-reġjun Sahel tal-Punent tal-Afrika, fejn 10 miljun persuna qed jiffaċċjaw il-ġuħ. In-Niġerja hi l-iktar milquta, bi 8 miljun persuna f’riskju serju. Dan, skont Caritas, meta hemm ukoll nuqqas kbir ta’ ikel f’Chad, Mali u Burkina Faso.

Is-Segretarju Ġenerali  ta’ Caritas Niġerja, Raymond Yoro, qed jappella għal għajnuna immedjata u qed jafferma li “qatt m’hu tard wisq biex wieħed jevita traġedja”. Iżid li “qed niffaċċjaw sitwazzjoni ta’ emerġenza biex insalvaw it-tfal fin-Niġerja. Dan hekk kif 378,000 tifel u tifla huma f’riskju ta’ malnutrizzjoni akuta u mal-miljun u 200,000 oħra huma

f’riskju ta’ malnutrizzjoni moderata”.

Caritas kompliet li l-kriżi, li qed tirriżulta minn xira rregolari, għoli tal-ħajja u faqar kroniku, hi “ħafna agħar” mill-aħħar kriżi tal-ikel fl-2005. Yoro kompla jgħid li minn dakinhar “il-lezzjoni kienet ċara li dewmien fl-għoti tal-għajnuna jiswa l-ħajjiet. U minkejja l-allarm f’Diċembru 2009, donaturi żammew pass kajman immens biex jagħtu l-għajnuna”. L-Aġenzija qalet li hemm nies ilhom jesperjenza nuqqas ta’ ikel għal sitt xhur sħaħ, bil-konsegwenza li qed ibihom il-ftit affarijiet li għandhom, jieklu ħxejjex selvaġġi, u saħansitra joħorġu ‘l uliedhom mill-iskejjel u jabbandunaw djarhom biex ifittxu l-ikel.

L-appell ta’ Yoro huwa għal għajnuna mmedjata.

In-Niġerja għandha biss nofs l-ammont ta’ riżorsi meħtieġa biex wieħed jitma lil dawk bil-ġuħ u xorta għadha nieqsa b’50 miljun dollaru Amerikan. Barra minn hekk is-sistema tas-saħħa fil-pajjiż, li tmexxi programmi ta’ trattament għall-malnutrizzjoni b’xejn, hi kważi falluta.

Caritas ilha tmexxi kampanja sa minn Mejju biex għall-inqas tiġbor 3.5 miljun dollaru Amerikan sabiex titma madwar 246,000 familja u tipprovdi mas-17,000 tifel u tifla u mara tqila bil-kura speċjali meħtieġa.

 
IL-KNISJA F'MALTA DWAR IR-REFUGJATI
Written by Mary Xerri   
Tuesday, 29 June 2010

 

 

Is-suġġett refuġjati u kif għandna nittrattaw magħhom aktar ma jgħaddi ż-żmien akatar jieħu sens b’mod sepcjali għall-Knisja li kif jgħid il-Papa Benedittu nnifsu fl-aħħar Enċiklika tiegħu “Caritas in
Veritatem” paragrafu 15 għanda tieħu inkonsiderazzjoni l-iżvilupp tal-bniedem sħiħ.  Fl-istess Enċiklika paragrafi 62 sa 65 jitkellmu wkoll fuq dan il-fenomenu.
Dan kien is-suġġett trattat mill-’Caritas Italia” dawn l-aħħar ġranet fi Trapani, Sqallija.  Għal dawn il-ġranet kien mistieden biex jattendu u jieħu sehem Dun Alfred Vella, direttur tal-Kummissjoni Emigranti f’Malta u f’isem l-istess “Caritas” f’Malta.  Malta u l-Italja għandhom ħafna komuni fuq dan is-suġġett bid-differenza li Malta hi iżgħar u fi proporzzjon tirċievi ħafna aktar mill-pajjiżi kollha Ewropej.  B’dana kollu Malta qatt ma tista’ tgħid li ma jimpurtahiex minn dawn in-nies u dejjem jibqa’ l-obligu li nilqagħhom u ngħinuhom sa kemm idumu fostna u naraw kif jsibu art aktar żgura u bi prospetti aħjar għalihom u għall-familja tagħhom.
Il-Kummissjoni Emigranti dejjem għamlitha ċara li dawn in-nies ma jistgħux jibqgħu kollha f’artna għar-raġunijiet ovvji u li diġa semmejna fuq, imma fl-istess ħin qatt ma tista’ taqbel li dawn ma jiġux
mejjuna u indirizzati għal futur aħjar.  Dawn huma punti li tqanalu waqt dan is-seminar ta’ ftit jiem mal-”Caritas Italia” u “Caritas Europa”.  Hekk din il-fehma tiġi aktar imbuttata fiċ-ċrieki internazzjonali.  Huwa importanti ħafna li l-Knisja f’Malta permezz tal-aġenziji tagħha twassal il-fehma u prejokkupazzjonijiet tagħha f’dan il-qasam ukoll.

Dun Alfred Vella
Direttur Kummissjoni Emigranti.
Trapani, Sqallija

 
FESTA SAN GWANN BATTISTA 2010 - Is-Sibt 26 ta' Gunju
Written by Mary Xerri   
Saturday, 26 June 2010

LEJLET IL-FESTA

Gurnata Qrar

Fid-9.30am:  Quddiesa Solenni tat-Te Deum, bis-sehem tat-tfal u l-familji

Fl-10.15am:  Prova generali tal-Funzjoni tal-Emigranti.

Fis-1.30pm:  Tigrija tradizzjonali tal-Bhejjem

Fis-1.30pm:  Kollegament fuq Radju Prekursur mal-Emigranti Xewkin fl-Awstralja

Fis-6.15pm:  Marc ta' qabel it-Translazzjoni mill-Banda Prekursur minn hdejn il-Kazin tal-Banda sal-Pjazza.

Fis-6.45pm:  Translazzjoni Sollenni tar-Relikwija ta' San Gwann Battista bis-Sehem tal-Kavallieri tal-Ordni Sovran ta' San Gwann.  Takkumpanja l-Banda Prekursur.

Fis-7.00pm:  Koncelebrazzjoni Pontifikali mmexxija mill-E.T. Mons Nikol G. Cauchi Isqof Emeritus.  Mistiedna specjali l-Emigranti, r-residenti barranin u l-Kumitati.  Tinghata Barka Sagramentali.  Wara Refreshments fis-Sagristija.

Fid-9.00pm:  Spettaklu tan-Nar sinkronizzat mal-muzika mahdum mill-kamra tan-Nar ta' Hal Lija.

Fid-9.00pm:  Marc mill-Banda San Guzepp t'Ghajnsielem minn Triq il-Mithna ghal Triq Indipendenza sal-Pjazza fejn tesegwixxi Programm Muzikali.

Fid-9.30pm:  Marc mill-Banda San Grigor ta' Kercem li jibda minn Triq il-Mithna ghal triq il-Hamrija, fejn tinghaqad mal-Banda Prekursur u jitkompla l-Marc ghal-Triq Santa Katerina, Triq il-Knisja sal-Pjazza.  Wara Loghob tan-Nar tal-Art u Spettaklu ta' helicopters u ajruplani godda mahduma minn Gorg Vella.

Last Updated ( Saturday, 26 June 2010 )
 
FESTA SAN GWANN BATTISTA 2010 - Il-Gimgha 25 ta' Gunju
Written by Mary Xerri   
Saturday, 26 June 2010

L-Ahhar Jum tat-Tridu

Fis-7.30pm:  Koncelebrazzjoni bil-Priedka mill-Arcipriet tal-Furjana Dun Richard Borg.  Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali.

Fid-9.00pm:  Marc tad-Dimostrazzjoni mill-Banda Prekursur li jibda minn hdejn il-Kazin tal-Banda sal-Pjazza fejn flimkien mal-Banda Mnarja tan-Nadur ikomplu d-Dimostrazzjoni fit-Toroq San Zakkarija, Ein Karem, Helsien, il-Kbira, Santa Katerina, l-Hamrija, l-Indipendenza sa Pjazza San Gwann Battista fejn l-Istatwa ta' San Gwann jghammed lil Kristu tittella' fuq il-Pedestall.

 
FESTA SAN GWANN BATTISTA 2010 - L-ERBGHA 23 TA' GUNJU
Written by Mary Xerri   
Wednesday, 23 June 2010

L-EWWEL JUM TAT-TRIDU

Fis-6.45pm:  Koncelebrazzjoni ta' Radd il-Hajr fl-okkazjoni tal-50 Anniversarju mill-Ordinazzjoni Sacerdotali ta' Dun Guzepp Camilleri, Missjunarju fil-Guatemala, fil-prezenza ta' l-Ecc. Tieghu Mons Mario Grech, Isqof ta' Ghawdex u ta' l-Ecc Tieghu Mons Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus.  Jinseg l-Priedka Mons Charles Vella, Fundatur tal-Moviment ta' Kana.  Wara Kurunella Antifona u Barka Sagramentali.

Dun Guzepp Camilleri - l-ewwel mix-xellug

Dun Guzepp Camilleri - l-ewwel mix-xellug

Fid-9.30pm: Marc mill-Banda Vizitazzjoni tal-Gharb li jibda minn Triq il-Hamrija, Vjal il-Labour u l-Plots tal-Hamrija.  Wara l-istatwa ta' San Gwann Battista tittella' fuq il-padestall hdejn l-Iskola Roza Magro.

 
<< Start < Prev 51 52 53 54 55 56 57 58 59 Next > End >>

Results 1301 - 1326 of 1523