ITTRA PASTORALI - RANDAN 2010 |
Written by Claudio Vella
|
Sunday, 14 March 2010 |
Part 1
Ikklikja 'Read more' biex tara it-tieni u t-tielet parti ta' din l-ittra pastorali.
|
Last Updated ( Sunday, 14 March 2010 )
|
Read more...
|
|
Written by Trevor Sultana
|
Sunday, 14 March 2010 |
Dan il-Hadd sa mill-antik kien meqjus bhala 'laetare' - il-Hadd tal-ferh ghax l-Ghid il-Kbir jinsab fil-qrib. Infatti f'dan il-jum jista' jintuza l-kulur roza li juri sens ta' ferh f'kuntrast mal-vjola li jfisser il-penitenza u c-cahda. Il-qari f'dan il-Hadd huwa: I Qari - Goz. 5, 9-12; II Qari - 2Kor. 5, 17-21; Evangelju - Lq. 15, 1-3.11-32. Illum il-qari jipprezentalna l-parrabbola sabiha tal-iben il-hali li biha Gesu ried jurina l-hniena bla tarf tal-Misser quddiem il-waqghat li kontinwament naqghu fihom. Meta jsib lill-ibnu, il-Missier jaghmel festa u joqtol l-ghogol l-imsemmen. Din il-parabbola taghmlilna kuragg kull meta nkunu se naqtghu qalbna minhabba dnubietna. Ghamilt x'ghamilt, int min int, il-Missier qieghed dejjem jistenniek. Meta se tiddeciedi biex tqum u tmur ghand Missierek?
|
Last Updated ( Sunday, 14 March 2010 )
|
|
Hsieb - Vari tal-Gimgha l-Kbira Xewkija - Vara l-Kbira |
Written by Mary Xerri
|
Sunday, 14 March 2010 |
Gesu' jmut fuq is-Salib
Qari mill-Evangelju skont San Luqa: (Lq 23:44-49)
Ghal habta tas-sitt siegha waqghet dalma kbira fuq il-pajjiz kollu sad-disa' siegha, ghax ix-xemx iddallmet. Il-velu tas-santwarju ccarrat min-nofs. Imbaghad Gesu' ghajjat ghajta kbira u qal: "Missier, f'idejk jien nerhi ruhi". U kif qal hekk harget ruhu. Ic-centurjun, meta ra x'gara, beda jfahhar lil Alla u jghid: "Tassew li dan bniedem gust". U n-nies kollha li kienu ngabru hemm biex jaraw, meta raw din il-grajja, regghu lura jhabbtu fuq sidirhom. Dawk kollha li kienu jafuh qaghdu jaraw kollox mill-boghod; hekk ukoll xi nisa li kienu gew warajh sa minn meta kien ghadu fil-Galilija.
Hsieb:
Gesu' jhalli hajtu fuq is-salib ghalija u ghalik. It-tmiem ghalija, il-bidu ghalih. Fl-ghajnejn tal-bniedem spicca kollox. Permezz tas-salib jien nista' nasal ghat-tmiem izda jekk naghraf ingorru bl-imhabba jista' jwassalni ghal bidu ta' hajja gdida. Mal-mewt ta' Kristu nfethu orizzonti godda. Xhieda ta' dan il-mument - il-mewt ta' Kristu - kien hemm bosta; uhud minnhom mill-qrib u ohrajn mill-boghod. X'uhud kienu jemmnu u baqghu jemmnu. Ic-centurjun kien strumentali ghall-mewt ta' Kristu izda wara ntebah bil-kobor ta' dan il-bniedem u stqarr il-fidi tieghu. Jien f'hajti ma' min nista' nqabbel lili nnifsi? Wara li naqa' fil-hama tad-dnub ejja nilqa' l-istedina li Kristu jaghmilli minn fuq is-salib biex inqum u nerga lura lejh. Bil-mewt tieghu Kristu Kisbilna s-salvazzjoni.
Talba:
Mulej Gesu', nirringrazzjak tal-hajja li ghogbok taghtini, bil-ferh u n-niket taghha. Aghmel, Mulej, li naghraf ir-rieda tieghek anki jekk mhux dejjem nifhimha b'ghajnejja. Ikun xi jkun il-mument li nkun ghaddej minnu, aghmel li nibqa' nhares lejk.
Nadurawk O Gesu' u nberkuk ghax b'salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.
(Mehud minn "Din hi s-Siegha")
|
|
Written by Mary Xerri
|
Sunday, 14 March 2010 |
Minghajr is-sbuhija ta' gewwa, l-ebda sbuhija tal-gisem ma taghmel mill-guvni u mix-xebba zghazagh sbieh.
Gwanni Pawlu II
|
Last Updated ( Sunday, 14 March 2010 )
|
|
Hsieb - Vari tal-Gimgha l-Kbira Xewkija |
Written by Mary Xerri
|
Thursday, 11 March 2010 |
Gesu' jaqa' taht il-piz tas-salib
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Izaija:
Araw! Il-qaddej tieghi jsib ir-risq, jintrefa', joghla u jkun 'il fuq minn kulhadd. Bhalma hafna ndiehxu minnu - ghax wiccu thassar, donnu ma kienx bniedem, u s-sura tieghu ma kontx tqisha ta' bniedem - hekk ghad jistaghagbu hafna gnus minhabba fih. Quddiemu s-slaten jaghlqu halqhom, ghax ghad jaraw grajja li qatt ma ssemmiet, u jifhmu dak li qatt ma semghu bih. (Iz 52:13-15)
Hsieb:
Kemm hi kbira mhabbtek ghalina, Missier! Ghall-imhabba taghna int insigt storja li fi kliem il-profeta Isaija qatt ma ssemmiet qabel: ma stmerrejtx li Ibnek jinzel f'guf ta' vergni, jitwieled mal-foqra, jinzel fil-hama tal-gordan u jitghammed mal-midinbin, u issa jaccetta s-salib u jaqa' taht it-toqol tieghu. Ta' bnedmin dghajfa li ahna dan kollu ma nifhmuhx u quddiem il-waqgha ta' l-iben ta' Alla taht id-dnubiet taghna l-unika haga li nistghu naghmlu hi li nisktu, nidhlu fina nfusna u nhabbtu fuq sidirna b'indiema.
Talba:
Mulej Gesu', int waqajt taht it-toqol ta'dnubietna, imma rgajt qomt u komplejt miexi ghall-imhabba taghna u hekk urejtna l-qawwa ta'Alla fl-aqwa taghha sewwasew fejn hemm id-dghajjef. Bhalma int wettaqt ir-rieda ta' Missierek fil-misteru tas-salib u hekk tghollejt minnu 'l fuq minn kulhadd, ghinna nharsu lejn is-salib taghna bhala ghajn ta'fidwa, u ma niddisprawx taht il-piz tieghu imma naccettawh u nghannquh biex bih inkomplu naghmlu r-rieda tieghek fuq l-art ahna u mexjin ghal ghandek halli nitghaxxqu bik ghal dejjem.
Nadurawk O Gesu' u mberkuk ghax b'salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna
(Mehuda minn Din hi s-Siegha! Kitba tas-Seminaristi tad-Djocesi ta' Ghawdex)
|
Last Updated ( Monday, 15 March 2010 )
|
|
Written by Mary Xerri
|
Tuesday, 09 March 2010 |
Learn to let God run your life. You'll like the results better than your won self-management.
(From Positive Thinking Every Day by Norman Vincent Peale)
|
|
|
|
<< Start < Prev 51 52 53 54 55 56 57 58 59 Next > End >>
|
Results 1379 - 1404 of 1523 |