Is-Sitt Hadd taz-Zmien Matul is-Sena |
Written by Trevor Sultana
|
Sunday, 14 February 2010 |
Il-qari fil-liturgija ta' dan il-Hadd huwa: I Qari - Ger. 17, 5-8; II Qari - 1Kor. 15,12-16,20; Evangelju - Lq. 6, 17.20-26. L-evangelju tal-lum jipprezentalna l-beatitudnijiet skont San Luqa. Filwaqt li f'Mattew insibu serje ta' barkiet, f'Luqa nsibu serje ta' barkiet (henjin) u serje ohra ta' 'sahtiet' (hazin ghalikom). Gesu qed jipprezenta zewg tipi ta' nies - dawk li ghandhom fiducja vera f'Alla u dawk li jafdaw biss fihom infushom u jahsbu li d-dinja taghom hija bizzejjed. Gesu qed jistedinni biex naghraf il-faqar tieghi - naghraf li jien nista' nsib stabilita' jekk inserrah fuqu. Huma dawk li jaghrfu l-bzonn fundamentali ta' Gesu li huma verament henjin.
|
Last Updated ( Sunday, 14 February 2010 )
|
|
Sollennita tan-Nawfragju ta' San Pawl f'Malta |
Written by Trevor Sultana
|
Saturday, 13 February 2010 |
Nhar l-Erbgha 10 ta' Frar iccelebrajna l-festa li tfakkarna meta l-Appostlu Pawlu, skont il-pjan t'Alla mfassal minn qabel, gie Malta wara li heles mill-gharqa. Dan sehh fis-60 W.K, 27 sena biss wara li f'Gerusalemm sehh il-misteru tal-Ghid - il-mewt u l-qawmien tal-Mulej Gesu Kristu. Din is-sena ghalhekk qed infakkru l-1950 sena minn meta sehhet din il-grajja. Filwaqt li nroddu hajr lil Alla li haseb fina daqshekk kmieni u tana d-dawl tal-fidi, nitolbuh biex pajjizna jibqa' jzomm shih fil-fidi li gabilna dan l-Appostlu Missierna.
In-Nawfragju ta' San Pawl f'Malta - Parrocca Naxxar
|
|
Il-Hames Hadd taz-Zmien Matul is-Sena |
Written by Trevor Sultana
|
Saturday, 06 February 2010 |
Il-Qari tal-liturgija f'dan il-Hadd huwa: I Qari - Iż. 6, 1-8; II Qari - 1Kor. 15, 1-11; Evangelju - Lq. 5, 1-11. L-evangelju tal-lum ipoggilna quddiem ghajnejna l-episodju tas-sajda mirakuluza, meta fuq l-ordni ta' Gesu, Pietru rega' xehet ix-xbiek fil-bahar u qabdu numru kbir ta' hut hekk li x-xibka kienet se tinqasam. Gesu mbaghad jghid lill-appostli - "intom tkunu sajjieda tal-bnedmin". Wara kull miraklu ta' Gesu dejjem hemm xi taghlima li l-evangelista xtaq jaghti lill-komunita li lilha kien qed jikteb. F'dan il-miraklu, Gesu jidher li qed iheggigna biex nafdaw iktar fih u jekk naghmlu dan jirnexxilna nwettqu affarijiet li qatt ma nkunu hlomna li nistghu naghmluhom. Bil-fiducja li l-appostli kellhom f'Gesu, huma kienu kapaci jsiru sajjieda tal-bnedmin, haga li bil-hila taghhom biss ma kinux jaghmluha.
Mulej kattar fija l-fiducja fik, halli b'hekk inkun nista nwettaq dak li inti tixtieq minni. Amen.
Il-qabda mirakuluza
|
|
Festa tal-Prezentazzjoni tal-Mulej |
Written by Trevor Sultana
|
Thursday, 04 February 2010 |
Nhar it-Tlieta 2 ta' Frar il-Knisja ccelebrat il-festa tal-prezentazzjoni tal-Mulej Gesu fit-Tempju. Skont id-drawwa tal-Lhud, kull familja trid toffri l-ewwel tifel taghha lill-Mulej, 40 gurnata wara t-twelid. Marija u Guzeppi mxew skont din il-ligi u offrew lil Gesu lill-Mulej, l-istess Gesu li tlieta u tletin sena wara offra lilu nnifsu fuq is-salib ghall-fidwa tal-umanita. Il-festa tal-lum tfakkarna meta "fil-milja taz-zminijiet Alla baghat lil Ibnu imwieled minn mara, imwieled taht il-ligi biex jifdi lil dawk li kienu taht il-ligi" (Gal. 4,4). L-Iben t'Alla qaghad ghal-ligijiet tal-bnedmin. Il-festa tal-lum, kif jghid l-Isqof Sofronju ta' Gerusalemm, tfakkarna fl-offerta taghna nfusna lil Alla - tfakkarna fl-impenn taghna biex kemm jista' jkun lil Alla noffrulu qalb safja.
Fil-5.15pm, l-Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca mexxa koncelebrazzjoni li bdiet bit-tberik tax-xemgha li tfakkarna fi Kristu li gie bhala "dawl biex idawwal il-gnus".
|
|
Ir-Raba Hadd taz-Zmien Matul is-Sena |
Written by Trevor Sultana
|
Sunday, 31 January 2010 |
Il-qari f'dan il-Hadd huwa: I Qari - Ger. 1, 4-5.17-19; II Qari - 1Kor. 12,31-13,13; Evangelju - Lq. 4, 21-30. Is-silta mill-vangelu tkompli turina l-grajja fis-sinagoga tan-Nazaret (il-Hadd li ghadda). Wara li Gesu jghid: "Din il-kitba sehhet illum intom u tisimghu", in-nies daru kontrih ghax hu, li kien bin il-mastrudaxxa, kien qed jaghmel lilu nnifsu l-Messija. Ir-rifjut kien hekk kbir li sahansitra riedu jitfghuh minn fuq l-irdum ghal isfel. Meta l-kliem ta' Gesu narah skomdu, x'naghmel? Nipprova nsikktu, noqtlu?
Mulej aghtini l-kuragg biex naffronta r-realta tieghi fid-dawl tal-Kelma tieghek. Amen.
Gesu fis-sinagoga ta' Nazaret - James Tissot (1894)
|
|
It-Tielet Hadd ta' Matul is-Sena |
Written by Trevor Sultana
|
Sunday, 24 January 2010 |
Il-qari f'dan il-Hadd huwa: Qari I - Neh. 8, 2-10; Qari II - 1Kor. 12, 12-30; Evangelju - Lq. 1, 1-4; 4, 14-21. Il-vangelu tal-lum jipprezentalna lil Gesu jibda l-missjoni tieghu bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. Fi kliem il-profeta Iżaija, Gesu kellu jwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin u l-helsin lill-imjassrin. Din il-bxara t-tajba trid tintlaqa' bl-istess atteggjament li l-poplu Lhudi laqa' l-Kelma t'Alla fi zmien Nehemija (Qari I). Quddiem il-persuna ta' Gesu Kristu trid tittiehed decizjoni - jew nilqghu jew nichdu - m'hemmx triq tan-nofs.
Mulej Gesu iftahli qalbi ghall-Kelma tieghek, ghall-persuna kollha tieghek, biex inkun nista nircievi minghandek il-veru helsien. Amen.
Gesu fis-Sinagoga ta' Nazaret - Greg Olsen
|
Last Updated ( Monday, 25 January 2010 )
|
|
|
|
<< Start < Prev 51 52 53 54 55 56 57 58 59 Next > End >>
|
Results 1405 - 1430 of 1523 |