Thursday, 29 July 2021
           
Home
Il-Bullettin tal-Hadd 03 ta' Novembru 2019
Written by Frans Galea   
Sunday, 03 November 2019
3_nov_2019-2000.jpg
 bullettin_03-11-2019.jpg
Last Updated ( Sunday, 03 November 2019 )
 
IL-WIEHED U TLETIN HADD MATUL IS-SENA (2019) URGENTI LI NIKKONVERTU
Written by Frans Galea   
Saturday, 02 November 2019

Din hija il- Liturgija tal-Wiehed uTletin Hadd matul is-sena ( 2019 )   bi hsibijiet  min Joe Rapa.

31hadd.jpg

 

F’dan iż-żmien li fih qegħdin noqorbu lejn it-tmiem ta’ Sena Liturġika oħra, il-Knisja, l-Omm u l-Imgħallma tagħna, trid tenfasiżżalna li l-konverżjoni tagħna hi dejjem urġenti.  Nikkonvertu llum!  Din hi l-għajta dejjiema tal-Knisja.  Il-Missierijiet kienu jgħidu li ġo fina hemm l-ilma ħelu u ġwejjed tal-Magħmudija li fis-safa tiegħu dejjem isejħilna u jgħidilna:  “Ikkonverti llum!”  Kull filgħodu, il-Knisja tibda t-Talb uffiċċjali tagħha, il-Brevjar, jew aħjar il-Liturġija tas-Siegħat, b’Salm 95 li jgħid: “Jekk illum tisimgħu leħnu la twebbsux il-qlub tagħkom!”  (ara S. 95, 7). 

 

“Iż-żmien”

 

Bl-għerf kollu tiegħu, il-bniedem hu kkundizzjonat miż-“żmien”.  Ħadd minnha ma jista’ jaħkem iż-“żmien”; ħadd minnha ma jaf kemm se ttul ħajtu, jew għada x’se jġib miegħu.  Wieħed biss hu ’l fuq miż-żmien, li jaħkem iż-żmien, u dan hu Alla.  Alla jgħammar ’il barra miż-żmien għax iż-żmien ijassar u jaħkem fuq dawk li huma fid-dell tal-Mewt.  Fejn m’hemmx Mewt m’hemmx żmien imma hemm l-eternità. Fejn hemm il-Mewt, iż-żmien jiqsar kuljum u l-ħajja tgħaddi malajr.

 

 

Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 27 ta' Ottubru 2019
Written by Frans Galea   
Saturday, 26 October 2019
27_ott_19-2000.jpg
 bullettin_27-10-2019.jpg
 
IT-TLETIN HADD TA’ MATUL IS-SENA (2019) ID-DINJA: POST SABIH IMMA POST IL-BIKI
Written by Frans Galea   
Saturday, 26 October 2019

Din hija il- Liturgija tat-Tletin Hadd matul is-sena ( 2019 )   bi hsibijiet  min Joe Rapa.

30hadd.jpg

 

Il-Kelma ta’ Alla għal dan il-Ħadd, hekk kif resqin lejn it-tmiem ta’ Sena Liturġika oħra mislufa lilna biex nikkonvertu lejn il-Mulej, titħabat biex turina ir-rejaltà ta’ din il-Ħajja ta’ hawn li magħha aħna ggranfati tant.  Biex wieħed ma jaħsibx li llum ġejjin xi qabda kummenti negattivi, ħa ngħid mill-ewwel li Alla ħalaq kollox sabiħ u li l-ħbieb tiegħu fuq din l-art tassew li jibdew jgħixu l-Ġenna, il-Ħajja ta’ Dejjem minn hawn!  X’ħasra li l-bniedem ma jafx jiggosta r-rigal tant kbir tal-Ħajja; ma jafx jitgħaxxaq bis-sbuħija tan-natura u tal-ambjent, imma għaddej jiġri qisu miġnun biex jinqeda b’dak kollu li jara ħalli jkollu dejjem iktar xi jċekċek fil-but.

 

Bniedem/kuntradizzjoni

 

X’kuntradizzjoni!  X’kuntradizzjoni kull fejn tħares!  Alla ħalaq il-bniedem xbieha tiegħu u dan il-bniedem sarlu miġnun.  Il-ħlejqa li hi l-glorja ta’ Alla fis-sbuħija tagħha, insiet li hi l-werrieta ta’ dak kollu li għandu Alla, u ntilfet tilgħab fit-trab tgħodd il-muniti u tinkwieta li se jispiċċawlha jew li ħaddieħor għandu iktar.  Il-bniedem ħa fuqu l-madmad tqil tal-Istorja tiegħu għax nesa li Alla hu missieru u li Hu se jaħsiblu għal kollox, u spiċċa xkora mimlija nkwiet.

 

Id-dinja saret mimlija b’nies imħassba b’dak li jista’ jiġrilhom il-banek; imħassba fuq is-saħħa; imħassba fuq l-armamenti u l-gwerer; imħassba fuq l-ambjent; imħassba fuq il-politika; iż-żogħżija, il-fjur tal-Ħajja, iż-żmien tal-ħolm, imlejnih “stress” b’edukazzjoni dejjem iktar esiġenti bla ma nafu għalfejn.  Meta Adam infired minn Alla, indiegħex mill-għera tiegħu għax sar “negattiv” anke dwaru nnifsu; sar egoista għax issa waħdu.  U l-egoiżmu jġib vjolenzi, serq, inġustizzji.

 

 

Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 20 ta' Ottubru 2019
Written by Frans Galea   
Saturday, 19 October 2019
20_ott_19-2000.jpg
 bullettin_20-10-2019.jpg
 
ID-DISGHA U GHOXRIN HADD MATUL IS-SENA (2019) “MIN MA JAFX L-ISKRITTURA MA JAFX LIL KRISTU”
Written by Frans Galea   
Saturday, 19 October 2019

Din hija il- Liturgija tad-Disgha u Ghoxrin Hadd matul is-sena ( 2019 )   bi hsibijiet  min Joe Rapa.

 

29hadd_2019.jpg
 

Il-Fidi tan-Nisrani hi totalment mixħuta fuq Ġesù Kristu, l-Iben il-Waħdieni ta’ Alla, Dak li offra ruħu b’sagrifiċċju lill-Missier bi tpattija għad-dnubiet ta’ kulħadd.  Hemm ħafna veritajiet oħra li n-Nisrani jemmen u jagħti xhieda għalihom, imma l-Fidi Nisranija hi kkonċentrata fuq il-Kerigma, l-Aħbar it-Tajba dwar dak li wettaq għalija u għalik il-Mulej Ġesù fil-Misteru tal-Għid, jiġifieri fit-tbatija, l-Mewt u l-Qawmien tiegħu b’risq tagħna.

 

Bżonn li nitwieldu mill-ġdid

 

Min jemmen b’Fidi dejjem tikber u ssir dejjem aktar adulta fl-Opra ta’ Kristu, jiġi nvadut mill-Ispirtu s-Santu li jagħmel minnu bniedem ġdid, b’natura ġdida, bħal donnu twieled mill-ġdid.  Lil Nikodemu, bniedem tajjeb u tat-tempju, Ġesù qallu: “Tassew tassew ngħidlek li jekk wieħed ma jitwelidx mill-ġdid, ma jistax jara s-Saltna ta’ Alla.”  (Ġw. 3, 3).  Issa wieħed jista’ jwieġeb għal dan billi jgħid li l-Magħmudija li rċivejna ta’ trabi hi diġa “Twelid Ġdid”, u dan hu minnu.  Imma l-Magħmudija, kif tant drabi sħaqna f’dawn l-artikli, mhix maġija, mhix awtomatika, fis-sens li titlob il-Fidi u tikber fil-qjies li tikber il-Fidi.  Hu ċar li tarbija ma tkun qegħda tagħraf xejn minn dak li jkun inżera’ fiha, u dak li jkun inżera’ jrid jikber, irid jieħu ż-żmien, irid jara proċess biex minn żerriegħa ssir pjanta, imbagħad xitla, imbagħad siġra li tagħmel il-frott meta jasal żmienha.

Last Updated ( Saturday, 19 October 2019 )
Read more...
 
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>

Results 183 - 208 of 1426