Il-Bullettin tal-Hadd 24 ta' Mejju 2020 |
Written by Frans Galea
|
Sunday, 24 May 2020 |
|
|
IS-SEBA’ HADD TAL-GHID (2020) TLUGH IL-MULEJ FIS-SEMA – LAPSI IS-SEMA PAJJIZNA! |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 23 May 2020 |
Din
hija il- Liturgija tas-Seba' Hadd tal-Ghid (2020) Tlugh il-Mulej fis-Sema (Lapsi) bi hsibijiet min Joe Rapa .
In-Nisrani,
jew hu bniedem differenti mill-bqija, jew mhu Nisrani xejn. din id-differenza li ġejja mill-Fidi tiegħu
tidher fil-mod ta’ Ħajja li jgħix. Ma
rridx nirreferi għal modi morali ta’ Ħajja li kulħadd jaf x’inhuma. Jien
d-differenza prinċipali li nara fin-Nisrani u li timmarkalu għal kollox
il-karattru tiegħu hi li hu “Bniedem Ħaj” għax fih kiber l-Ispirtu ta’ Dak li
rebaħ il-Mewt. din hi l-għajn
tad-differenza kollha. Li kieku mhux
għax hu “Ħaj” kieku jista’ jkollu intenzjoni tajba ħafna u jisforza l-jum kollu
biex jobdi l-kmandamenti, imma f’xi ħin jew ieħor se toħroġ il-verità li mhu
differenti xejn mill-oħrajn. Wara kollox
anke ħafna mill-pagani jippruvaw jgħixu Ħajja moralment tajba u għandhom
il-valuri morali tagħhom.
|
Last Updated ( Saturday, 23 May 2020 )
|
Read more...
|
|
Il-Bullettin tal-Hadd 17 ta' Mejju 2020 |
Written by Frans Galea
|
Sunday, 17 May 2020 |
|
|
IS-SITT HADD TAL-GHID (2020) NOHOLMU LI NSIRU NSARA “KBAR” |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 16 May 2020 |
Din
hija il- Liturgija tas-Sitt Hadd tal-Ghid (2020) bi hsibijiet min Joe Rapa .
Hawn ħafna li
l-Kristjaneżmu għalihom hu biss kultura, drawwiet sbieħ, mod ta’ ħajja li
wasslulna missirijietna mingħand missirijiethom u għalhekk mhux ta’ min
jitlifha għal kollox, anke jekk issa sirna “moderni” u moħħna nfetaħ, kif
jgħidu xi wħud. Oħrajn l-anqas iriduh iktar bħala kultura. Jgħidulek li issa qed ngħixu f’dinja “ġdida”,
dawn huma affarijiet tal-Medju Evu, tan-nanniet, niddevertu, nieklu u nixorbu
għax din hi l-ħajja waħdanija li għandna u ngawduha kemm nistgħu.
|
Read more...
|
|
Il-Bullettin tal-Hadd 10 ta' Mejju 2020 |
Written by Frans Galea
|
Sunday, 10 May 2020 |
|
|
Il-HAMES HADD TAL-GHID (2020) MIN HU L-MISSIER? |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 09 May 2020 |
Din
hija il- Liturgija tal-Hames Hadd tal-Ghid (2020) bi hsibijiet min Joe Rapa .
Id-dinja tinsab għaddejja
minn inkwiet u tħassib kbir, anzi nistgħu ngħidulu biża’ kbir. Jista’ jkun li aħna m’aħniex inħossuh dan
fil-milja tiegħu għax għall-Grazzja ta’ Alla, il-pandemija ta’ Covid-19 ma
ħasditx imwiet fostna bħalma għamlet fl-Ewropa, l-Amerika u ċ-Ċina. Imma m’aħniex għomja u lanqas m’aħna
maqtugħin mill-bqija tad-dinja. Kuljum
nisimgħu bin-numri dejjem jikbru ta’ mwiet u ta’ nies li jiċċapsu b’din
il-marda, u issa qed inħejju ruħna għat-tieni daqqa, li mhix fiżika imma
ekonomika: ħafna ażjendi se jibdew
jgħalqu, anzi diġa bdew, u bosta u bosta se jkunu l-ħaddiema, u n-nies
tal-familja, li se jitilfu x-xogħol. Hu
tqil tinduna li aktarx ninsabu fuq il-għatba ta’ dinja “ġdida”, u biex naqbżu
din l-għatba jistgħu jgħaddu s-snin.
Daqshekk serja tista’ tkun il-biċċa.
|
Last Updated ( Saturday, 09 May 2020 )
|
Read more...
|
|
|
|
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>
|
Results 209 - 234 of 1514 |