Monday, 23 May 2022
           
Home
Il-Bullettin tal-Hadd 23 ta' Frar 2020
Written by Frans Galea   
Saturday, 22 February 2020
23_frar_20.jpg
 bullettin_23-02-2020.jpg
 
IS-SEBA’ HADD MATUL IS-SENA (2020) ID-DISKORS TAL-MUNTANJA: RIGAL MHUX LIGI
Written by Frans Galea   
Saturday, 22 February 2020

Din hija il- Liturgija tas-Seba' Hadd  ta' matul is-sena (2020)  bi hsibijiet  min Joe Rapa.

 lord-jesus-preaching.jpg

 

Għalina hu diffiċli ngħarfu li l-Magħmudija hi proċess, bħalma l-Fidi hija “vjaġġ”.  Aħna mdorrijin bil-Magħmudija tat-trabi u naħsbu li din hi xi ħaġa tal-maġija: la darba għammduna, sirna Nsara; meta l-verità hi li hemm proċess, vjaġġ li fihom iridu jikbru l-Magħmudija u l-Fidi.  hu veru li ġuridikament (skont ir-regoli) nistgħu nissejħu “Nsara” u għandna dritt għas-Sagramenti l-oħra, kif ukoll iniżżluna fir-registru tal-parroċċa biex inżidu l-biljuni ta’ Nsara fid-dinja.  Imma dan hu li jagħmilha diffiċli għal bosta li jifhmu x’inhi l-Magħmudija u x’differenza hemm bejn ir-reliġjożità naturali, li kulħadd għandu, u l-Fidi adulta Nisranija.

 

Naturalment, il-Knisja tgħammed lit-trabi għax isserraħ moħħha li l-ġenituri għandhom Fidi biżżejjed tant li kapaċi jgħinu fil-proċess tal-Magħmudija ta’ wliedhom.  Ħafna, dan id-dmir, ma jagħtuhx importanza u jfarfru r-responsabiltà fuq il-qassis jew il-katekista tad-duttrina.

 

 

Last Updated ( Saturday, 22 February 2020 )
Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 16 ta' Frar 2020
Written by Frans Galea   
Saturday, 15 February 2020
 16_feb_20.jpg
 bullettin_16-02-2020.jpg
Last Updated ( Saturday, 15 February 2020 )
 
IS-SITT HADD MATUL IS-SENA (2020) KRISTU JOFFRI TWELID GDID
Written by Frans Galea   
Saturday, 15 February 2020

Din hija il- Liturgija tas-Sitt Hadd  ta' matul is-sena (2020)  bi hsibijiet  min Joe Rapa.

 jesus-speaking.jpg

 

Bin Sirak, li minnu l-Knisja tislet l-Ewwel Qari tal-lum, jgħid: “Hu qegħedlek quddiemek in-nar u l-ilma; liema trid minnhom, midd idek għalih.”  (Sir. 15, 16).  In-nar u l-ilma huma l-Mewt u l-Ħajja.  Poġġa quddiemna l-għażla meta wriena r-Rieda tiegħu x’inhi, wriena fejn hi l-Qdusija, kixfilna fejn hemm il-Ħajja vera, meta ta lill-bniedem l-“Għaxar Kelmiet tal-Ħajja”, jew l-Għaxar Kmandamenti. L-awtur jagħfas ħafna fuq il-libertà tal-bniedem quddiem din l-għażla. 

 

Bin Sirak jidher li jagħmilha sempliċi ż-żejjed din l-għażla!  Hu faċli, anzi naturali, li tagħżel l-ilma min-nar!  Għaliex, mela, l-bniedem jiżbalja tant u qajla jirnexxilu jagħżel il-Ħajja minflok il-Mewt?  L-għala, f’ħafna ċirkostanzi jidher tant diffiċli li wieħed jagħmel ir-Rieda ta’ Alla, u jibża’ li din flok se tagħtih il-Ħajja se ddewqu l-Mewt, il-persekuzzjoni, it-twaqqigħ għaċ-ċajt... Hu jibża’ li tisraqlu l-gost tal-Ħajja; li tagħmlu differenti, meta l-bniedem hu gregarju, iħobb ikun parti minn merħla, mhux maqtugħ għalih waħdu.

 

 

Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 9 ta' Frar 2020
Written by Frans Galea   
Sunday, 09 February 2020
9_feb_20.jpg
 bullettin_09-02-2020.jpg
 
IL-HAMES HADD MATUL IS-SENA (2020) L-INSARA: DAWK LI JAGHTU TOGHMA LID-DINJA
Written by Frans Galea   
Sunday, 09 February 2020

Din hija il- Liturgija tal-Hames Hadd  ta' matul is-sena (2020)  bi hsibijiet  min Joe Rapa.

melh.jpg

 

Fuq mitejn sena ilu seħħet ir-Rivoluzzjoni Franċiża li kienet frott moviment filosofiku msejjaħ “l-Illuminiżmu”.  Din il-filosofija, li kellha l-bejta tagħha fi Franza, ippruvat tkun soluzzjoni għall-qagħda inġusta tas-soċjetà li kienet tbegħdet minn Alla u mill-imħabba tal-proxxmu. Imma dan il-moviment kien għal kollox kontra Alla u kontra l-ispirtu tal-Vanġelu u welled politika vjolenti f’rivoluzzjoni mdemmija u, bħalma jiġri dejjem, ipprova jiġġieled l-inġustizzja b’inġustizzja akbar.

 

Read more...
 
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>

Results 235 - 260 of 1514