Sunday, 13 June 2021
           
Home
Il-Bullettin tal-Hadd 14 ta' Marzu 2021
Written by Frans Galea   
Sunday, 14 March 2021
 bull_14-3-21.jpg
 bullettin_14-03-2021.jpg
Last Updated ( Sunday, 14 March 2021 )
 
IR-RABA’ HADD TAR-RANDAN (2021) IR-RELAZZJONI MQALLBA BEJN ALLA U L-POPLU TIEGHU
Written by Frans Galea   
Sunday, 14 March 2021

Din hija il-Liturgija tar-Raba' Hadd tar-Randan ( 2021) bi hsibijiet min Joe Rapa.

 gesu_u_nikodemu.jpg

 

Fl-Istorja umana, Alla dejjem għażel fdal żgħir biex ikun il-poplu tiegħu.  Hu daħal fil-Ħajja ta’ Abraham biex minnu nissel il-poplu ta’ Iżrael biex dan il-poplu jkun il-mezz li bih juri lill-ġnus kollha l-verità moħbija imma tant rejali: li jeżisti Alla Wieħed li ħalaq kollox; li dan Alla hu Mħabba; u li fiH biss hemm tama ta’ eternità għall-bniedem.  Hu bagħat lil Ibnu l-Waħdieni biex jifrex dan il-fdal fost il-ġnus kollha, u hekk il-poplu tiegħu sar issa l-Knisja, il-Ġemgħa ta’ dawk li jemmnu tassew fil-missjoni ta’ salvazzjoni ta’ Kristu li laħqet il-quċċata tagħha fil-ġimgħa tal-Passjoni, l-Mewt u l-Qawmien mill-Mewt tiegħu: l-esperjenza tremenda tal-Għid ta’ Kristu.

 

Dan il-poplu tiegħu, Iżrael/Knisja, Alla qatt ma riedu jkun iktar minn “fdal”.  Iżrael kien “fdal” tal-popli, żgħir, dgħajjef, imdawwar b’għedewwa li dejjem raw fih ġens stramb, differenti, ċellula maqtugħa għaliha mill-bqija. La kien differenti, huma dejjem għamlu għalih, kif jgħid Salm 129 jgħid: “Ħabbtuni ħafna sa minn żogħżiti – ħa jgħid hekk Iżrael – ħabbtuni ħafna sa minn żogħżiti, imma ma rnexxilhomx jegħlbuni.  Bil-moħriet għaddew minn fuq dahri, raddiet twal bis-swat għamluli.”  (S. 129, 1-3).  Kull meta l-Knisja kienet tassew awtentika, xhud vera ta’ Alla, dejjem ġiet ippersegwitata, minn barra u kull tant ukoll minn ġewwa l-istituzzjonijiet tagħha.  Kemm Iżrael u kemm il-Knisja, Alla qatt ma riedhom ikunu iktar minn melħ, dawl, ħmira b’risq il-kumplament tal-ġnus.  Dawn it-tliet eżempji, miġjuba minn Kristu, fl-ambjent tagħhom huma ċkejknin, kważi irrelevanti, imma ta’ qawwa enormi.  Din il-qawwa misterjuża tal-poplu veru ta’ Alla tidher fil-fatt li huwa jinagħta biex imut għall-bqija u hekk jirrifletti l-Imħabba ta’ Alla murija fi Kristu li jinagħta bħal Ħaruf għall-qatla b’risq il-bqija li sikwit mhuma xejn ħlief ilpup imġewħa u ħattafa.

Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 7 ta' Marzu 2021
Written by Frans Galea   
Sunday, 07 March 2021
7_mar_21-2000.jpg
 bullettin_07-03-2021.jpg
 
IT-TIELET HADD TAR-RANDAN (2021) ID-DGHUFIJA TAL-BNIEDEM QUDDIEM IL-LI I TAL-QDUSIJA
Written by Frans Galea   
Sunday, 07 March 2021

Din hija il-Liturgija tat-tielet Hadd tar-Randan ( 2021) bi hsibijiet min Joe Rapa.

gesu_u_l_bejjiegha_tat_tempju.jpeg

 

Fil-Ħdud tar-Randan li għaddew, aħna rajna kif Alla daħal f’Patt mal-bniedem, Patt ta’ Salvazzjoni mill-waqgħa katastrofika li fiha sab ruħu minħabba d-dnub li nsibu f’Kap. 3 tal-Ġenesi.  Dan il-Patt hu ta’ Alla, u mhux tal-bniedem, għax il-bniedem hu bla saħħa biex jidħol f’xi Patt ma’ Alla.  Din il-ħidma ta’ Alla kellha terġa’ ġġib lura lill-bniedem lejn l-oriġini tiegħu, oriġini ta’ qdusija, ubbidjenza u fedeltà lejn Alla.  Xi jfisser dan fil-konkret?  Xi tfisser  il-Qdusija?  Xi jfisser tkun salvat minn Alla?

 

Żmien ir-Randan hu żmien il-mistoqsijiet, u l-mistoqsijiet jagħmilhom min jieħu dan iż-żmien bis-serjetà u bis-sinċerità.  Il-Kelma tal-Ewkaristija tal-lum se turina xi jfisser tkun qaddis, tkun bniedem ta’ Alla, bniedem li fih il-Patt ikun inħadem sa fil-milja tiegħu.  Dan se jgħidulna b’mod sempliċi l-Ewwel Qari meħud mill-Eżodu.  Lil Iżrael, Alla jagħtih stampa ċara tal-Qdusija, tal-Ħajja vera, meta lil Mosè għaddielu dawk li aħna nsejħulhom “L-Għaxar Kmandamenti” fuq il-Muntanja Sinaj.  Lilna għallmuhomlna meta konna żgħar, u forsi huma l-aktar parti mill-Iskrittura li aħna familjari magħha.

Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 28 ta' Frar 2021
Written by Frans Galea   
Saturday, 27 February 2021
 28_feb_21-2000.jpg
 bullettin_28-02-2021.jpg
 
IT-TIENI HADD TAR-RANDAN (2021) WEGHDA KBIRA TITLOB CAHDA KBIRA
Written by Frans Galea   
Saturday, 27 February 2021

Din hija il-Liturgija tat-tieni Hadd tar-Randan ( 2021) bi hsibijiet min Joe Rapa.

tr2.jpg

 

Fl-Antifona tad-Dħul, li diżgrazzjatament hi maqbuża minn ħafna Presbiteri li  jippresjiedu l-Liturġija tal-Ewkaristija, f’dan it-Tieni Ħadd tar-Randan hi meħuda minn Salm 26 u tgħid: “Ejja”, għidt f’qalbi, “fittex ’il wiċċu.”  Jiena wiċċek infittex, Mulej; la taħbix wiċċek minni.”  (S. 26, 8-9).  Tfittex wiċċ il-Mulej hu li ssir tafu mill-qrib; issir tafu fl-esperjenza, meta tassew ikollok bżonnU; u tagħraf ukoll int min int, tagħraf il-fond tad-dgħufija tiegħek quddiem il-misteri tal-Ħajja u tal-Istorja.  Din l-imbuttatura lejn Alla li ħass is-Salmista hi komuni għal kull bniedem.  Xi darba jew oħra, lkoll inħossu li hemm leħen fil-profond tagħna jsejħilna biex inħallu l-pjanijiet tagħna li dejjem se jwassluna lejn in-nonsens, u nintelqu  fil-filjolanza tal-Missier, fejn hu postna, wara kollox.  Nerħu fil-ġenb ir-raġuni, dak li dejjem ħolom moħħna, u nsiru wlied Alla; nerħu kollox f’idejH għax hu jħobbna u Hu jaf x’inhu l-aħjar f’kull ċirkostanza.

 

Ħafna din l-istedina ma jagħtux kasha u jintelqu mal-merħla ġerrejja.  Il-bniedem tal-lum hu l-iktar wieħed li qed jirnexxilu joħnoq il-leħen ta’ Alla ġewwa fih u dan wassal għall-ħolqien tal-ideja ta’ “Bniedem-Alla”.  Din mhix xi teorija ’l bogħod minna, tafux.  Waħda mit-tentazzjonijiet ta’ Kristu kienet kontra l-Istorja li fassallu l-Missier.  It-tentazzjoni tar-raġuni li tgħidlek biex taħseb għal rasek u ma tafdax f’Alla għax ma tafx biex se joħroġlok.  Il-bniedem pagan, u anke l-bniedem tal-Knisja għandhom it-tnejn problema simili.  Ma jafux x’inhi l-Iskrittura.  Hi kurjuża kif Kristu jwieġeb għal kull tentazzjoni bl-Iskirttura u mhux bir-raġuni jew Kliem ivvintat dak il-ħin.  Tliet tentazzjonijiet – tliet tweġibiet mill-Bibbja.

 

Read more...
 
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>

Results 27 - 52 of 1414