Saturday, 02 July 2022
           
Home
Il-Bullettin tal-Hadd 29 ta' Dicembru 2019
Written by Frans Galea   
Saturday, 28 December 2019
29_di_19.jpg
 bullettin_29-12-2019.jpg
 
IL-HADD FOST L-OTTAVA TAL-MILIED (2019) IL-FAMILJA: CELLULA TA’ MPORTANZA BLA QIES
Written by Frans Galea   
Saturday, 28 December 2019

Din hija il- Liturgija ta'l-Hadd fost l-Ottava tal-Milied ( 2019 )  bi hsibijiet  min Joe Rapa.

guzeppi_u_marija_fl-egittu.jpg

 

Ninsabu fit-tmint ijiem ta’ wara s-Solennità tal-Milied, dik li l-Knisja ssejħila l-Ottava tal-Milied, u l-Ħadd fost l-Ottava tal-Milied il-Knisja għandha d-drawwa liturġika li tiddedikah lill-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Maria u Ġużeppi. Kien il-Papa Iljuni Xlll, Papa li kellu d-don li jaqra s-sinjali taż-żminijiet u ġa fi żmienu kien qed jinduna bil-kriżi tal-familja li kienet riesqa, li daħħal id-drawwa ta’ din is-Solennita fis-sena 1893.

 

Last Updated ( Saturday, 28 December 2019 )
Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 22 ta' Dicembru 2019
Written by Frans Galea   
Sunday, 22 December 2019
22_di_19.jpg
 bullettin_22-12-2019.jpg
Last Updated ( Sunday, 22 December 2019 )
 
IR-RABA’ HADD TAL-AVVENT (2019-20) GESÙ = ALLA MAGHNA!
Written by Frans Galea   
Sunday, 22 December 2019

Din hija il- Liturgija ta'r-Raba' Hadd ta' L-Avvent  bi hsibijiet  min Joe Rapa.

 josephs_dream__.jpg

 

Liema hu l-ikbar avveniment li qatt seħħ fl-Istorja?  In-Nisrani jemmen li l-ikbar avveniment li qatt seħħ hu l-Misteru tal-Inkarnazzjoni ta’ Alla li libes laħam il-bniedem fis-sura ta’ Ġesù ta’ Nazaret li twieled minn verġni, Marija.  Jista’ jkun li hawn ħafna miktuba fir-reġistru tal-parroċċa, li jekk taħsadhom b’din il-mistoqsija isemmulek xi avveniment politiku, militari, xi mument meta l-bniedem ivvinta xi teknoloġija tal-għaġeb, xi avanz kbir fil-mediċina, fid-drittijiet soċjali, xi ħelsien tal-għaġeb minn jasar kiefer, eċċ.  Anke jekk dawn l-affarijiet huma kollha avanzi tal-għaġeb u tajjeb li wieħed ifakkarhom, min ma jpoġġix id-dehra ta’ Alla fi Kristu fl-ewwel post, jew tilef il-Fidi, jew għandu Fidi dgħajfa, marida, li qatt ma kibret.

 

 

Last Updated ( Sunday, 22 December 2019 )
Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 15 ta' Dicembru 2019
Written by Frans Galea   
Tuesday, 17 December 2019
15_di_19.jpg
 bullettin_15-12-2019.jpg
 
IT-TIELET HADD TAL-AVVENT (2019-20) MIN HU KRISTU GHALIK?
Written by Frans Galea   
Tuesday, 17 December 2019

Din hija il- Liturgija ta't-Tielet Hadd ta' L-Avvent  bi hsibijiet  min Joe Rapa

san_gwann_fil_habs.jpg

 

Wara li fl-ewwel żewġt Iħdud tal-Avvent il-Knisja kellmitna b’ħafna serjetà dwar ir-rejalta tal-qagħda tagħna l-bnedmin: il-fatt li ħadd ma jista’ jmerih li aħna ninsabu fuq pjaneta li qegħda tixjieħ u tinsab f’ġirja miġnuna lejn it-tmiem ta’ kollox, lejn il-qerda, għax donnu kollox fih is-susa tal-Mewt, anke aħna;  illum jibda ż-żmien tal-Kerigma, tal-Aħbar it-Tajba.  Mhux kollox hu mitluf għall-bniedem.  Anzi, l-bniedem ġie maħtuf bħal ħatba minn ġon-nar li kienet ġa bdiet iddaħħan, u l-umanità kollha għandha għalfejn tgħajjat: “Halleluja!” b’sens ta’ rebħa, ta’ eżultanza, ta’ għors li ma jitfissirx. 

 

X’inhi din l-Aħbar it-Tajba?  Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni biex kull min jemmen fiH ma jintilifx iżda jkollu l-Ħajja ta’ Dejjem.”  (Ġw. 3, 16).  F’daqqa waħda tinfetaħ triq ta’ Salvazzjoni għall-bniedem; ħruġ minn qagħda ta’ mewt, ta’ ċirku ta’ thewdin, inkwiet u tħassib, għall-ħelsien ta’ futur bla tmiem, garanzija ta’ ħajja li anqas il-Mewt fiżika ma tista’ għaliha. 

 

Read more...
 
<< Start < Prev 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 Next > End >>

Results 261 - 286 of 1523