L-GHOXRIN HADD MATUL IS-SENA (2022) IN-NISRANI: SINJAL TA’ KONTRADIZZJONI |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 13 August 2022 |
Din
hija il-Liturgija ta' L-Ghoxrin Hadd matul is-Sena (2022) bi hsibijiet min Joe Rapa.
Aħna noħolmu li
iktar kemm ikollna relazzjoni mill-qrib ma’ Alla, iktar ngħixu fil-kwiet,
ikollna s-Sliem fi djarna, ngħixu Ħajja ħbieb ma’ kuħadd għadu ma’ ħadd, inkunu
qiesna oasi ta’ trankwillità f’dinja mqallba u mħawda minħabba l-egoiżmi
tan-natura mwaqqa’ tal-bniedem. Huwa
veru li l-qalb li tistrieħ f’Alla ġġarrab paċi profonda li ħadd a jista’
jisraqulha, imma jekk nersqu lejn Alla bl-iskop li kollox jiġina dritt u jkollna
risq f’kulma nagħmlu, allura jiġrilna dak li ġara lili meta wieħed katekista
qalli: “Ħabib, inti tikber f’Alla tassew dak in-nhar li tkun ħafna ddiżappuntat
biH!” Għax il-bniedem ta’ Alla mhux ilma
qiegħed iżda ilma mqalleb ta’ xmara kollha ħajja. L-ilma qiegħed hu ilma marid, mejjet, li
malli tqallbu tikka b’xi ġrajja negattiva, toħroġ l-intiena tal-Mewt minnu,
l-irwejjaħ tan-nuqqas ta’ Fidi, tar-ribelljoni kontra Alla.
Il-Vanġelu tal-lum
jippreżentalna vers klassiku dwar dan.
Kristu jaħsadna meta jgħid: “Taħsbu
intom li jien ġejt inġib il-paċi fid-dinja?
Le, ngħidilkom, imma l-firda; għax mil-lum ’il quddiem ħamsa minn nies
f’dar waħda jkunu mifruda bejniethom, tlieta kontra tnejn, u tnejn kontra
tlieta...” (Lq. 12, 51-52). Hawnhekk u f’ħafna bnadi oħra Kristu,
il-Verità waħdanija li biH l-Missier wera ruħu lill-bniedem, jidher bħala
Sinjal ta’ Kontradizzjoni! L-umanità
għamja u mtaqqla titħawwad quddiemu iktar milli ssib xi tweġiba faċli u li tinftiehem
malajr għall-gwajjijiet tagħha. L-istess
bħalu kienu l-Profeti u kull bniedem ġust li Alla bagħat qablu. Kienu nies li ħabbew lill-poplu ta’ Alla
iktar milli ħabbew lilhom infushom, imma kollha ġew mixlija li kienu għedewwa
tal-poplu, u ħafna minnhom spiċċaw maqtula.
Se niltaqgħu ma’ Ġeremija fl-Ewwel Qari tal-lum. Hu sinonomu mal-biki u t-tnehid tal-bniedem
ta’ Alla quddiem it-taħsir tal-poplu.
Il-missjoni tiegħu kienet li juri mħabbtu billi jwiddeb għax ma setax
jorqod bil-lejl quddiem dak li kien riesaq, għax hu kien qed jara ħwejjeġ li
l-poplu ma kienx jara. Fehmuh? Le! U
spiċċa mwaddab għall-mewt ġo bir kollu ħama.
Madankollu, Ġeremija spiċċa aħjar minn ħafna minn sħabu l-profeti
l-oħra.
|
Read more...
|
|
Il-Bullettin tal-Hadd 7 ta' Awwissu 2022 |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 06 August 2022 |
|
|
ID-DSATAX-IL HADD MATUL IS-SENA (2022) JIENA U INT NAGHMLU DIFFERENZA? |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 06 August 2022 |
Din
hija il-Liturgija tat-Dsatax il-Hadd matul is-Sena (2022) bi hsibijiet min Joe Rapa.
Qegħdin ngħixu fi
żmien importanti ħafna meta d-dinja qegħda tinbidel b’mod mgħaġġel immens. Bħala Nsara, għandna għax inħossuna kburin u
grati lejn Alla li konna f’moħU sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja biex
ipoġġina fuq din il-pjaneta appuntu f’dan iż-żmien li San Ġwanni Pawlu II
sejjaħlu “Żmien ta’ bidla epokali li jiġi fuqna darba f’elf sena!”
Hu żmien ta’ bidla
għalina bħala Knisja wkoll. Jekk
id-dinja tinbidel, tinbidel il-Knisja wkoll, mhux fil-Fidi tagħha, imma
fil-pastorali tagħha, fil-mod kif twassal il-Fidi tagħha lid-dinja,
fl-istrumenti li tuża biex ixxandar lil Kristu u s-Salvazzjoni li hemm fih għal
kull bniedem. Hu żmien fejn sar
indispensabbli li l-Knisja tagħfas fuq l-Aħbar it-Tajba iktar minn fuq kull
ħaġa oħra. Il-bniedem ma jasal qatt biex
jgħix stil ta’ Ħajja Nisranija kif titlob il-morali Nisranija, jekk qabel ma
jkunx twieled mill-ġdid fil-Fidi f’Ġesù.
Dan hu punt kritiku. Ħafna ma
jagħrfux li hemm differenza bejn il-Fidi adulta fil-Misteru tal-Għid ta’ Kristu
u l-prattika reliġjuża ta’ quddiesa kuljum jew darba fil-ġimgħa.
|
Read more...
|
|
Il-Bullettin tal-Hadd 31 ta' Lulju 2022 |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 30 July 2022 |
|
|
IT-TMINTAX-IL HADD MATUL IS-SENA (2022) L-INGANN TAL-FRUGHAT TAD-DINJA |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 30 July 2022 |
Din
hija il-Liturgija tat-Tmintax il-Hadd matul is-Sena (2022) bi hsibijiet min Joe Rapa.
Fi tfulitu u
l-aktar f’żogħżitu m’intix se tlum lill-bniedem li jibqa’ msaħħar u maħtuf
mis-sbuħija u t-tlellix tad-dinja ta’ madwaru li hu jkun għadu qiegħed
jiskopri. Hu għalxejn li twiddbu u tipprova tagħtih għerf li moħħu la jrid u
lanqas jista’ jassorbi. F’żogħżitu
l-bniedem hu mimli stennija, tamiet sbieħ, pjanijiet, ottimiżmu. Kliem serju fuq ir-rejaltà tal-Ħajja u
l-bżonn li jimmatura u jrabbi l-għaqal, jgħejjieh u jxebbgħu. Irid jipprova hu, u jekk jista’ jkun jipprova
kollox.
Hemm eċċezzjonijiet. Hemm dawk li minn kmieni jinagħtalhom għaqal
u dehen li ma jafdawx wisq lill-passjonijiet u l-ħala taż-żogħżija u hekk
iweġġgħu inqas meta jiltaqgħu mad-diżappunti.
Imma għal kuntrarju, hemm ukoll dawk li jixjieħu fl-ingann
tad-dinja! Alla jagħtihom l-għomor biex
jimmaturaw, u ma jimmaturaw qatt.
Il-maturazzjoni vera tal-bniedem hi li hu jagħraf li huwa dgħajjef, li
quddiem il-misteru tal-Ħajja huwa bħal nemlu quddiem muntanja, u li għandu
bżonn lil Alla li ħalqu u li minnu tfawwar il-Ħajja għal kull maħluq.
|
Read more...
|
|
|