Tuesday, 11 May 2021
           
Home arrow Home
Il-Bullettin tal-Hadd 10 ta' Mejju 2020
Written by Frans Galea   
Sunday, 10 May 2020
 
bullettin_10-05-2020.jpg
 
Il-HAMES HADD TAL-GHID (2020) MIN HU L-MISSIER?
Written by Frans Galea   
Saturday, 09 May 2020

Din hija il- Liturgija tal-Hames Hadd tal-Ghid (2020)  bi hsibijiet  min Joe Rapa .

 trinity-father-son-spirit.jpg

 

Id-dinja tinsab għaddejja minn inkwiet u tħassib kbir, anzi nistgħu ngħidulu biża’ kbir.  Jista’ jkun li aħna m’aħniex inħossuh dan fil-milja tiegħu għax għall-Grazzja ta’ Alla, il-pandemija ta’ Covid-19 ma ħasditx imwiet fostna bħalma għamlet fl-Ewropa, l-Amerika u ċ-Ċina.  Imma m’aħniex għomja u lanqas m’aħna maqtugħin mill-bqija tad-dinja.  Kuljum nisimgħu bin-numri dejjem jikbru ta’ mwiet u ta’ nies li jiċċapsu b’din il-marda, u issa qed inħejju ruħna għat-tieni daqqa, li mhix fiżika imma ekonomika:  ħafna ażjendi se jibdew jgħalqu, anzi diġa bdew, u bosta u bosta se jkunu l-ħaddiema, u n-nies tal-familja, li se jitilfu x-xogħol.  Hu tqil tinduna li aktarx ninsabu fuq il-għatba ta’ dinja “ġdida”, u biex naqbżu din l-għatba jistgħu jgħaddu s-snin.  Daqshekk serja tista’ tkun il-biċċa.

Last Updated ( Saturday, 09 May 2020 )
Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 03 ta' Mejju 2020
Written by Frans Galea   
Sunday, 03 May 2020
 
bullettin_03-05-2020.jpg
 
IR-RABA’ HADD TAL-GHID (2020) IL-MISTERU TAL-MAGHMUDIJA TAGHNA
Written by Frans Galea   
Saturday, 02 May 2020

Din hija il- Liturgija tar-Raba' Hadd tal-Ghid (2020)  bi hsibijiet  min Joe Rapa.

jesusshepherdstorm2.jpg

 

Qabel ma ltqajt ma’ katekeżi serja, katekeżi permanenti u progressiva, jiġifieri mhux xi priedka ta’ darba, imma proċess ta’ katekeżi għall-ħajja kollha u li hi progressiva, li l-ewwel tisqi l-ħalib lit-tarbija, imbagħad, bil-mod il-mod tgħaddi għal ikel aktar solidu u li jsaħħaħ... qabel ma Alla tani din il-Grazzja bla ma jistħoqqli, ftit li xejn kont inqisha l-Magħmudija.  Anzi, ftit li xejn kont nifhimha.  Għalija, u ninnota, għal ħafna oħrajn, il-Magħmudija kienet rit qasir ta’ daħla fis-“soċjetà” Nisranija; wieħed isir parti mill-“bqija”; isem ġdid imniżżel fuq ir-reġistru tal-kappillan; ċerimonja li trid issir biex tikkwalifika għas-Sagramenti l-oħra. 

 

Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 26 ta' April 2020
Written by Frans Galea   
Sunday, 26 April 2020
bullettin_26-04-2020.jpg
 
IT-TIELET HADD TAL-GHID (2020) IL-QALBA TAL-FIDI NISRANIJA
Written by Frans Galea   
Saturday, 25 April 2020

Din hija il- Liturgija tat-Tielet Hadd tal-Ghid (2020)  bi hsibijiet  min Joe Rapa.

 pietru_mal_lhud-2000.jpg

 

L-Għid ma ġiex u għadda ħmistax ilu, imma għadu għaddej u aħna ninsabu ngawduh għal ħamsin jum sħaħ, sakemm tasal l-esperjenza glorjuża tal-Pentekostè.  Għax dawn il-festi, bħall-festi kollha tal-Knisja, mhumiex sempliċi “tifkira”, jew ċelebrazzjonijiet ta’ avvenimenti kbar li ġraw diġa.  Dawk l-affarijiet inħalluhom għad-dinja li tħobb tfakkar l-imgħoddi. 

 

Read more...
 
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>

Results 105 - 130 of 1404