Wednesday, 26 January 2022
           
Home arrow Home
Positive Thinking
Written by Mary Xerri   
Monday, 01 March 2010

Every night empty your mind of unhappy thoughts as you empty your pockets, and come alive.

(From Positive Thinking Every Day by Norman Vincent Peale)

Last Updated ( Monday, 01 March 2010 )
 
Hsieb - Vari tal-Gimgha l-Kbira Xewkija
Written by Mary Xerri   
Sunday, 28 February 2010

Il-Flagellazzjoni

Jitkellem Gesu:

Meta Pilatu ra li ma setax jehles minn dik il-migemgha ta'nies hekk rashom iebsa u hziena, hasibha li jifflagellani biex hekk ikollu jgib skuza biex jibghatni 'l barra mehlus.  Kien jaf li jiena innocenti u b'danakollu qeghedni f'idejn is-suldati tieghu biex jifflagellawni skond l-uzu ruman.  Kieku kont taf x'xehta ta' nies ta' qattaghani kienu! X'qalb u xi stonku kellhom!  Nezzghuni.  O! Kieku kont hemm tara d-daqqiet tas-swat nezlin fuq gismi marbut! Ma' kull daqqa dlonk titfacca tbengila.

Titkellem ir-Ruh:

O Mulej, inti tant batejt f'gismek minhabba fina u jiena tant zammejt lil gismi f'tghaxxiq u fi tpaxxija u fi fsied.  Irrid mil-lum 'il quddiem nghakksu lil dan il-gisem billi nsawmu u ncahhdu sabiex noffrih lilek b'vittma kollha fwieha. O Mulej, kemm noffenduk ta' spiss minhabba l-gisem!  Henn ghalina.

Nadurawk O Gesu' u nberkuk, ghax b'salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

(Mehuda minn Adorazzjoni tal-Gimgha l-Kbira ta' San Gorg Preca)

 gf1.jpg

 Il-Vara ta' Gesu marbut
mal-Kolonna

Last Updated ( Monday, 01 March 2010 )
 
Hsieb - Vari tal-Gimgha l-Kbira Xewkija
Written by Mary Xerri   
Sunday, 28 February 2010

Gesu' jitlob fil-gnien taz-Zebbug

Mbaghad hareg u mar bhas-soltu fuq l-gholja taz-zebbug, u d-dixxipli wkoll marru mieghu.  Kif wasal hemmhekk qalilhom: "Itolbu li ma tidhlux fit-tigrib".  Mbaghad tbieghed minnhom daqs tefgha ta' gebla, u nxtehet gharkubbtejh jitlob u jghid:  "Missier, jekk inti trid, warrab minni dan il-kalci! Izda tkun maghmula r-rieda tieghek, u mhux tieghi".  Deherlu anglu mis-sema biex jaghmillu l-qalb.  (Lq 22, 39-43)

Hsieb:

Fil-gnien tal-Eden Alla johloq il-bniedem fuq xbieha tieghu, u jinzel jippassigga mieghu. (Gen 3,8).  Il-Hallieq jitkellem mal-hlejqa tieghu!  Izda x-xitan jidhol bejniethom u jkisser din ir-rabta, hekk li l-bniedem jaghti widen mhux aktar ghal kliem il-Hallieq izda ghal kliem il-Qarrieq.

Fil-Gnien taz-Zebbug, Bin il-Bniedem fis-sikta tal-lejl jerga' jiltaqa' mal-Missier u jitkellmu flimkien.  L-Iben idur lejn il-Missier u jghidlu: "Missier, tkun maghmula r-rieda tieghek, u mhux tieghi".  Dak li tkisser fl-Eden, issa jiehu l-hajja fil-Gnien taz-Zebbug.

 Talba:

O Marija, gnien tal-Hallieq! Gufek huwa ghalqa ghammiela li fih gie mizrugh il-Verb Divin.  Fik u bik il-Kelma ta' Alla saret bniedem bhalna.  Inti l-Mara li tghozz f'qalbek din il-Kelma u tahseb fuqha.  Inti titkellem mal-Kelma ta' Alla.

Izda inti wkoll il-Mara tas-Skiet!  Iva, fis-skiet tiltaqa' mal-Hallieq!  Ghaliex fina u madwarna jinsab ftit silenzju?  Ghaliex nibzghu mis-skiet?  Marija, ghallimna nhobbu s-silenzju.  Ghinna nidhlu fil-kamra ta'gewwa u hemm, fil-fond ta' qalbna, niltaqghu mal-Kelma Divina, dik il-Kelma li Ommna l-Knisja tizra' fina permezz tal-predikazzjoni u bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. 

Nadurawk Gesu' u nberkuk, ghax b'salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

(Mehuda mill-ktieb: Hadha Ghandu ta' Dun Gerard Buhagiar)

ran1.jpg

 Il-Vara ta' Gesu jitlob fil-Gnien
taz-zebbug

Last Updated ( Monday, 01 March 2010 )
 
It-Tieni Hadd tar-Randan
Written by Trevor Sultana   
Saturday, 27 February 2010

Jekk fl-ewwel Hadd tar-Randan il-Knisja poggitilna ghar-riflessjoni taghna is-sitwazzjoni prezenti ta' kull nisrani (it-tentazzjonijiet), f'dan il-Hadd il-Knisja tixtieq turina s-sitwazzjoni futura - il-punt tal-wasla wara din il-mixja li qed naghmlu.  Infatti llum il-Knisja tipprezentalna l-episodju tat-Trasfigurazzjoni fejn Gesu wera l-glorja tieghu lill-Appostli li kienu prezenti.  Jekk ahna niehdu bis-serjeta l-mixja taghna wara l-Mulej, il-glorja li kellu Gesu fuq it-Tabor ghad tkun taghna - imma l-ewwel irridu nghaddu mit-triq tas-salib kif ghadda qabilna hu.  F'din il-grajja, jinstema' lehen il-Missier u b'ton ta' kmand jghidilna "isimghu lilu", jekk irridu verament naslu f'dik il-glorja li fiha dahal Kristu, ir-Ras taghna.  Jista' jkun li ghalkemm qed nipprova naghmel xi haga izjed f'dan ir-Randan, ghadni ma sibtx ghal-liema raguni qed naghmel dan.  Il-vangelu tal-lum jaghtini r-risposta.  Il-qari fil-liturgija huwa: I Qari - Gen. 15, 5-12.17-18;  II Qari - Fil. 3,17-4,1; Evangelju - Lq. 9, 28b-36.

 
Positive Thinking
Written by Mary Xerri   
Wednesday, 24 February 2010

You can make the mind give you back anything you want, but remember the mind can give back only what it was first given.  So fill your mind with all peaceful experiences possible, then make planned and deliberate excursions to them in memory.

(From  Positive Thinking Every Day by Norman Vincent Peale)

 

Last Updated ( Sunday, 28 February 2010 )
 
Att ta' Mhabba
Written by Mary Xerri   
Wednesday, 24 February 2010

Att ta’ Mhabba

 

   Sinjur Gesu’ Kristu, inhares lejk u, filwaqt li jiena nemmen u nistqarr li inti Alla veru inkarnat u zvinat fuq is-salib ghas-sahha tal-bnedmin, inhoss in-natura tghidli: “Possibbli li Alla, tant maestuz u tant kbir fih innifsu, possibbli li ghamel dan il-pass, u cekken ruhu daqshekk, sar bniedem u sar oggett ta’ mewt f’tant disprezzi u  ugighat!!!”

   Dan il-hsieb, li jghaddi mill-mohh ta’ kull bniedem, li min-natura huwa supperv,  li ma jridx jitbaxxa, kien tassew jasal biex jahkimni u jiddominani serjament kieku inti ma tajtnix id-dawl biex naghraf li inti mhabba u li inti thobb ta’ Alla li inti.

  Sinjur, kemm ta’ min ihobbok!  Iva, in-natura taghna stess tqanqalna biex inhobbu ‘l min ihobbna.  U min habbna daqsek?  Il-beneficcji, li inti ghamilt u li taghmel maghna, u li hadd hliefek ma seta’ jew jista’ jaghmlilna, inehhu kull dubju fuq l-imhabba tieghek lejna mill-mohh li jirrifletti fuq il-holqien, fuq il-providenza u fuq il-fidwa. Kieku inti ma tajtniex l-ezistenza konna nibqghu nghammru fir-renju tax-xejn taghna; kieku inti ma tehux hsiebna u tghajjixna konna nintfew mill-hajja f’mument ta’ghaxwa; kieku inti ma sirtx bniedem u fdejtna b’demmek, kieku l-infern huwa d-dar taghna ghall-eternita’. Nipperswadi wisq ruhi mill-istess natura taghna li l-ingratitudni toffendik tassew, u li inti trid li ahna nirringrazzjawk b’osservanza fidila ghal-ligi divina tieghek, li hija l-istess volonta’ tieghek. Sinjur Gesu’ Kristu, ringrazzjamenti lilek, u mahfra lili.  Ammen. O Vergni mbierka, Marija Santissma jiena perswaz fuq il-kbira potenza tieghek ghax inti omm Alla, nirrikorri lejk sabiex ma nintilifx.  Inti sofrejt wisq fid-dinja minhabba Gesu’ Kristu, ibnek u Iben ta’ Alla, li gie biex isalva l-midinbin: ghalhekk jiena noffrilek dak is-sejf li niffidlek ir-ruh tieghek sabiex inti ma thallinix immur insofri wara mewti.  Ammen 

(Minn Ftuh il-Qalb 2, pag 135)

Bennie Mercieca

Superjur Museum Subien

Xewkija

 
Last Updated ( Thursday, 25 February 2010 )
 
<< Start < Prev 51 52 53 54 55 56 57 Next > End >>

Results 1353 - 1378 of 1479