Wednesday, 26 January 2022
           
Home arrow Home
It-Tieni Hadd tal-Avvent
Written by Trevor Sultana   
Sunday, 06 December 2009

Il-qari f'dan il-Hadd huwa: I Qari - Bar. 5, 1-9; II Qari - Fil. 1, 4-6.8-11; Vangelu - Lq. 3, 1-6.  Fil-qari tal-lum tispikka l-figura ta' Gwanni l-Battista jipprietka fid-dezert, liema xena tfakkar lil Luqa f'dak li habbar il-profeta Izaija mijiet ta' snin qabel: "Lehen ta' wiehed jghajjat fid-dezert...".  Il-predikazzjoni tal-Battista qieghda tistieden ghall-konverzjoni qabel il-migja tal-Mulej.  Iheggeg biex jimtlew il-widien u jitwittew l-gholjiet - fi ftit kliem, jitnehha z-zejjed li qalbna hija mtaqqla bih u jimtela l-vojt li jinholoq f'min hu mghaddas fil-materjalizmu tal-kultura taghna.

Ejja Mulej Gesu.

 

Ikona ta' Gwanni l-Battista

Last Updated ( Tuesday, 08 December 2009 )
 
Jibda l-Avvent
Written by Trevor Sultana   
Thursday, 03 December 2009

Bl-I Hadd tal-Avvent, il-Knisja tiftah is-sena liturgika taghha li matula ticcelebra il-misteri marbutin mal-fidi taghha.  Ghalkemm l-Avvent huwa hafna assocjat mal-Milied, il-veru sens tieghu hu l-istennija tal-ahhar migja tal-Mulej.  Dan nistghu narawh mill-qari fil-liturgija tal-avvent. Fl-ewwel Hadd, il-qari huwa: I Qari - Ger. 33, 14-16;  II Qari - 1Tess. 3, 12 - 4, 2; Vangelu - Lq. 21, 25-28.34-36.  Matul dan iz-zmien il-Knisja tistedinna biex nidhlu fina nfusna u naraw kemm verament nixtiequ li l-Mulej jigi.  Jista' jkun li nhossuna komdi kif ahna u m'ghadniex inhossu l-bzonn li l-Mulej jigi.

Ejja Mulej Gesu.

 
It-331 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Parrocca
Written by Trevor Sultana   
Sunday, 29 November 2009

Nhar il-Gimgha 27 ta' Novembru habat it-331 anniversarju mit-twaqqif tal-parrocca tax-Xewkija.  Kien fis-27 ta' Novembru 1678 meta l-Isqof Mikiel Glormu Molina, wara li kkunsidra l-bzonnijiet spiritwali tan-nies ta' dak iz-zmien, qata' l-parrocca tax-Xewkija mill-matrici tal-Assunta.  B'hekk ix-Xewkija saret l-ewwel parrocca barra mir-Rabat. 

Fil-5.15pm, l-Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca mexxa koncelebrazzjoni ta' radd il-hajr 'l Alla ghal dak kollu li ghamel ma' din il-komunita tul dawn is-snin kollha.  Nitolbu lill-Mulej biex bl-intercessjoni ta' Gwanni l-Battista hu jkompli jhares lil din il-komunita bl-ghozza ta' Missier lejn uliedu.

 

Last Updated ( Sunday, 29 November 2009 )
 
Sollennita ta' Kristu Sultan
Written by Trevor Sultana   
Sunday, 22 November 2009

Fl-ahhar Hadd taz-zmien Matul is-Sena, il-Knisja taghmel il-festa ta' Gesu Kristu Sultan tal-holqien kollu.  Din il-festa ggib fi tmiemha s-sena liturgika li tibda mill-gdid il-Hadd ta' wara, fl-ewwel Hadd tal-Avvent.  Il-qari fil-liturgija huwa mehud: I Qari - Dan. 7, 13-14; II Qari - Apok. 1, 5-8; Evangelju - Gw. 18, 33b-37.  Dan il-qari jipprezentalna lil Gesu bhala Sultan, izda li hu differenti mis-slaten kif nafuhom ahna.  Huwa sultan li jaghti hajtu ghall-ohrajn, li jigri wara s-sudditi tieghu sa ma jsibhom, li lest li jinsa kull weggha li jkun ircieva.  Minhabba f'hekk, dan is-Sultan li jsaltan minn fuq l-ghuda tas-Salib, seraq il-qlub ta' miljuni ta' nies li matul l-istorja nghataw ghalih.

Peress li f'din il-festa issir manifestazzjoni djocesana r-Rabat, il-Quddiesa ta' filghaxija, kemm fil-Knisja u kemm fil-muzew tas-subien, se tkun fit-2.45pm.  Il-manifestazzjoni djocesana tibda fit-3.30pm minn Pjazza San Frangisk.  Fit-3.00pm titlaq xarabank mill-pjazza tax-Xewkija u tghaddi mit-toroq tas-soltu.

Gesu Kristu, Sultan tal-Holqien kollu

Last Updated ( Wednesday, 25 November 2009 )
Read more...
 
Festa ta' Santa Teodora
Written by Frans Galea   
Friday, 20 November 2009
     Nhar l-Erbgha il-parrocca taghna iccelebrat il-Festa ta' Santa Teodora. Fil-5.00 ta' fil-ghaxija saret purcissjoni madwar il-Knisja u wara saret Koncelebrazzjoni  fil-Knisja Rotunda minn Dun Marjanu Zammit.
 
ll-Kwaranturi jigu fi tmiemhom
Written by Trevor Sultana   
Monday, 16 November 2009

Matul dawn l-ahhar tlitt ijiem, fil-parrocca taghna, saru l-Kwaranturi Mqaddsa - tlitt ijiem ta' adorazzjoni Ewkaristika.  Is-Sibt sar lejl adorazzjoni immexxi mill-grupp tal-kitarri u mill-muviment Ewkaristiku.  F'12.00am saret Quddiesa.  Il-Hadd filghodu, fit-8.30 saret koncelebrazzjoni solenni mmexxija minn Mons. Mario Grech, Isqof t'Ghawdex.  L-adorazzjoni kompliet minn nofsinhar sal-3.45pm, x'hin bdiet il-koncelebrazzjoni minn Mons. Nikol Cauchi, Isqof Emeritu t'Ghawdex.  Ghall-habta tal-4.45pm harget il-purcissjoni bis-Santissmu Sagrament, immexxija minn Mons. Lawrenz Sciberras.  Il-purcissjoni ntemmet bil-barka sagramentali fil-Knisja.  F'dawn it-tlitt ijiem wiehed seta'  jinnota ghadd sabih ta' nies li kontinwament kienu dehlin u hergin mill-Knisja biex jghaddu ftit hin mal-Mulej.

kw4.jpg 

 Il-Purcissjoni tal-Kwaraturi

Last Updated ( Tuesday, 17 November 2009 )
 
<< Start < Prev 51 52 53 54 55 56 57 Next > End >>

Results 1379 - 1404 of 1479