Tuesday, 11 May 2021
           
Home arrow Home
Il-Bullettin tal-Hadd 07 ta' Frar 2021
Written by Frans Galea   
Sunday, 07 February 2021
7_frar_21.jpg
 bullettin_07-02-2021.jpg
 
IL-HAMES HADD MATUL IS-SENA (2021) IS-SALIB GLORJUZ TAT-TBATIJIET TAGHNA
Written by Frans Galea   
Sunday, 07 February 2021

Din hija il-Liturgija tal-Hames Hadd matul is-sena ( 2021 ) bi hsibijiet min Joe Rapa.

gesu_jippridka.jpg

 

Kulħadd jaf xi tfisser il-kelma “Misteru”.  “Misteru” huwa xi ħaġa li ħadd ma jista’ jifhimha, jew, almenu, jifhmuha biss xi ftit għorrief wara ħafna studju u tiftix.  Bil-kelma “Misteru”, normalment nirreferu għal dommi jew ħwejjeġ moħbija għal moħħ il-bniedem, imma li jagħmlu sens bid-dawl tal-Fidi.  Alla l-Imbierek irrivelalna Hu min hu meta bagħat lil Ibnu fid-dinja, imma Hu xorta waħda jibqa’ “Misteru” li jiġi  muri lilna biss meta narawH, jekk Alla jrid, wiċċ imb’ wiċċ fil-mija tal-Ħajja, fil-Glorja tas-Sema.

 

Iżda l-Iskrittura tisħaq li hemm “Misteri” li l-Missier jixtieq jirrivelahomlna bid-Dawl tal-Ispirtu s-Santu u permezz ta’ dak li għallem u għamel Ġesù fil-missjoni tiegħU fostna.  San Pawl jitkellem fuq il-“Misteru tas-Salvazzjoni tagħna”.  Il-bniedem li jħalli lil Alla jaħdem fih, jasal biex jifhem is-sens u r-raġuni ta’ dak li jiġrilu fl-Istorja tiegħu; li xejn ma jiġri għal xejn, u li l-Mulej joħroġ il-ġid minn kull sitwazzjoni b’risq il-mixja tagħna lejn il-Ħajja ta’ Dejjem. 

Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 31 ta' Jannar 2021
Written by Frans Galea   
Saturday, 30 January 2021
 31_jan_21.jpg
 bullettin_31-01-2021.jpg
Last Updated ( Saturday, 30 January 2021 )
 
IR-RABA’ HADD MATUL IS-SENA (2021) IN-NISRANI HUWA PROFETA BI KRISTU
Written by Frans Galea   
Saturday, 30 January 2021

Din hija il-Liturgija tar-Raba' Hadd matul is-sena ( 2021 ) bi hsibijiet min Joe Rapa.

 jesus-heals-a-possessed-man-.jpg

 

Meta l-Missier tana lil Ibnu Hu tana kollox, tana l-akbar Grazzja li seta’ qatt jagħtina u ma għandux iktar x’jagħtina.  Alla ftaqar minn kollox meta reħa lil Ibnu l-Waħdieni f’idejn il-bnedmin għedewwa biex jagħmlu biH li jridu, bil-għan li l-għotja tiegħU isservi ta’ tpattija, ta’ fidwa, ta’ ħlas għall-jasar tal-bnedmin kollha. 

 

Imma mhux biss dan tana!  Hu għażilna lilna, lili u lilek, anzi flok għażilna... għax m’hemm xejn x’tagħżel fina... Hu predestinana, konna f’moħħu minn qabel ma ħalaq id-dinja, biex jagħtina l-Magħmudija Qaddisa li twaħħadna, tingastana f’Ibnu rebbieħ fuq il-Mewt.  Dan hu tal-għaġeb.  Il-Magħmudija hija l-vera għana tagħna.  Il-ġid u l-pjaċiri u s-suċċess tad-dinja hu rmixk, karfa, għafien, ħdejn l-ilma dejjem ġej tal-Magħmudija adulta ġewwa fina! 

Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 24 ta' Jannar 2021
Written by Frans Galea   
Sunday, 24 January 2021
24-1-21.jpeg
 24_ta_jannar_2021.jpeg
 
IT-TIELET HADD MATUL IS-SENA (2021) HAJJA PREKARJA: MA NAFUX X’SE JIGRI
Written by Frans Galea   
Sunday, 24 January 2021

Din hija il-Liturgija tat-Tielet Hadd matul is-sena ( 2021 ) bi hsibijiet min Joe Rapa.

unnamed.jpg

 

Ninsabu ngħixu fi żmien li jista’ jkun ħafna iktar diffiċli milli s’issa qegħdin naħsbu.  Din il-pandemija, iktar kemm jgħaddi ż-żmien, qed iġġagħalna naħsbu kemm kollox hu prekarju, u kemm dak li konna nemmnu li hu ċert u sod, issa ma nafux x’se jsir minnu.  Il-kultura li bnejna fl-aħħar għexieren ta’ snin, kultura li tpoġġi lill-bniedem fuq il-pedestal ta’ Alla, ħadet skossjatura tal-għaġeb.  Minn xejn ma nistgħu inkunu ċerti ħlief minn Alla, imma din iċ-ċertezza dwar Alla tiddependi għal kollox mill-Fidi

 

F’dawn l-aħħar żminijiet poġġejna l-Fidi tagħna fuq il-kapaċitajiet tal-bniedem li bl-għerf tiegħu u bil-progress hu kapaċi jsolvi l-problemi kollha.  Tant għamel progress il-bniedem, u dan bil-barka ta’ Alla li hu Sid l-Istorja u Sid il-progress, li moħħ il-bniedem inqaleb.  Dak li qabel kien ifittex mingħand Alla beda jfittxu mingħand il-bniedem fil-qasam tat-teknoloġija, tal-mediċina, tax-xjenzi kollha bħall-psikoloġija, ngħidu aħna.  Il-bniedem ivvinta ħwejjeġ tal-għaġeb li għamlet l-eżistenza fuq din l-art ferm aktar komda.  Hu veru li l-bniedem sar jaħdem bħal kelb u ġie magħmul ilsir tal-ekonomija, qisu skurfina f’magna enormi dejjem sejra, dejjem għaddejja tipproduċi, għax issa sirna nies ta’ uża u armi.  L-affarijiet li nixtru huma għal ftit żmien għax importanti li jkun hemm dejjem domanda għal prodotti dejjem iktar ġodda bi stili isbaħ biex hekk il-“Magna” tkompli għaddejja.

Read more...
 
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>

Results 27 - 52 of 1404