Monday, 23 May 2022
           
Home arrow Home
Il-Bullettin tal-Hadd 22 ta' Awwissu 2021
Written by Frans Galea   
Saturday, 21 August 2021
22_aww_21.jpg
 bullettin_22-08-2021.jpg
Last Updated ( Saturday, 21 August 2021 )
 
IL-WIEHED U GHOXRIN HADD MATUL IS-SENA (2021) IL-FIDI HI GRAZZJA
Written by Frans Galea   
Saturday, 21 August 2021

Din hija il-Liturgija tal-Wiehed u Ghoxrin Hadd matul is-Sena (2021) bi hsibijiet min Joe Rapa.

 21hadd.jpg

 

Hemm żewġ karatteristiċi fil-bniedem li jaħdmu fih u jagħtuh identità.  It-tnejn li huma huma rigali ta’ Alla u li l-bniedem qatt ma seta’ jakkwistahom bl-isforzi tiegħu.  Dawn huma ir-reliġjożità naturali u l-Fidi.

 

Alla poġġa r-reliġjożità naturali f’kull bniedem.  Il-bniedem iħoss il-bżonn ta’ Alla, ta’ xi “alla”, f’ħajtu.  Jaf li ma jistax jgħaddi mingħajru u jibża’ li ma jkollux xi “alla” għax tal-waħx huwa l-vojt u l-ebda bniedem ma jista’ jgħix mingħajr li l-vojt etern tiegħu jimtela b’xi mod.  Meta l-bniedem jaqa’ fil-qiegħan tad-dippressjoni u nonsens ta’ kollox, dan għax xejn ma jkun irnexxielu jimlielu l-vojt tiegħu u jissodisfah.  Noqogħdu attenti, għax ilkoll kemm aħna m’aħniex tant imbegħda minn dan il-bniedem imsejken.

 

Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 15 ta' Awwissu 2021
Written by Frans Galea   
Saturday, 14 August 2021
 15_aww_21.jpg
 bullettin_15-08-2021.pub.jpg
 
15 TA’ AWWISSU, 2021 SOLENNITÀ TAT-TLUGH FIS-SEMA TA’ OMMNA MARIJA
Written by Frans Galea   
Saturday, 14 August 2021

Din hija il-Liturgija tas-Solennita' tat-Tlugh fis-Sema ta' Ommna Marija (2021) bi hsibijiet min Joe Rapa.

 santa_marija.jpg

 

Il-Verġni Marija hija x-xbieha ta’ kull Nisrani li jimxi fir-Rieda tal-Missier.  Hi, li hi l-iċken waħda, ġiet mgħollija fuq kollox u fuq kulħadd permezz tal-merti li kiseb għaliha Kristu Ġesù l-Iben il-Waħdieni ta’ Alla li ssawwar f’laħam il-bniedem ġo ġufha.  Bħalha jitgħolla n-Nisrani, imma mhux bil-merti tiegħu iżda, l-istess bħalha, bil-merti tal-Misteru tal-Għid ta’ Kristu.  Iżda minn Marija, Alla stenna Kelma, Kelma Qaddisa.  Hi inagħtat il-ħelsien li tgħidha, din il-Kelma, jew ma tgħidhiex.  L-istess minn kull bniedem,  hu mistenni li jieħu din id-deċiżjoni.

 

Alla hu Mħabba, u l-Imħabba vera ma tisforza lil ħadd u ma tikkondizzjona lil ħadd.  Bħal meta ġuvni li jħobb tfajla jistenna l-“Iva” tagħha, kelma sempliċi li minnha tiddependi l-Ħajja tiegħu u tagħha.  Din hi d-dgħufija tal-Imħabba.  L-Imħabba hi l-aqwa forza li teżisti fl-univers, imma hi dgħajfa, umli, sensittiva, u waqt li tistenna li tkun maħbuba, hi bla saħħa ta’ xejn.  Tista’ tiġi milqugħa, jew miċħuda, middieħka, imkasbra, miregħxa.  Għall-“Iva” ta’ Marija, is-Sema u l-Art waqgħu f’sikta tal-baħħ.  Bħal fil-waqt qabel ma tfaqqa’ tempesta qalila, kollox jiskot fin-natura, lanqas werqa ma titħarrek, l-għasafar jilbtu u jistaħbew, u l-iljun ifittex il-kenn tiegħu.

 

Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 8 ta' Awwissu 2021
Written by Frans Galea   
Saturday, 07 August 2021
8_aww_21.jpg
 bullettin_08-08-2021.jpg
 
ID-DSATAX-IL HADD MATUL IS-SENA (2021) X’SE NIEKLU BIEX NGHIXU GHAL DEJJEM?
Written by Frans Galea   
Saturday, 07 August 2021

Din hija il-Liturgija tat-Dsatax il-Hadd matul is-Sena (2021) bi hsibijiet min Joe Rapa.

jesus-son-of-joseph-858x1024.jpg  

 

 

Għal darb’oħra l-Kelma ta’ Alla se tlaqqagħna mal-Misteru li jiddomina l-eżistenza ta’ kull wieħed u waħda minna: il-Misteru tal-Ħajja u tal-Mewt.  Min fuq dawn ma jaħseb qatt, hu bniedem aljenat, li qed jilgħab b’ħajtu u qed jirriskja li jieħu ħasda f’xi ħin jew ieħor.  Wieħed jifhem li min għadu tfal jew żagħżugh, moħħu jittajjar wara l-friefet, iżda iktar ma l-bniedem jimmatura iktar jibda jinduna li fil-fatt kulma jagħmel jaqa’ taħt id-dell ta’ dan il-Misteru.  Il-bniedem jixxennaq li jgħix għal dejjem, iżda jħossu dejjem miġbud ’l isfel fin-niżla li għaddew minnha dawk kollha li ġew qablu.

 

Hija din ix-xewqa li tinfaqa’ l-kalamita tal-Mewt li welldet ir-reliġjonijiet primittivi kollha.  Mhux biss, imma kull bniedem beda jitlob il-Ħajja mill-affarijiet ta’ madwaru: mill-flus, mis-saħħa, mill-poter, mill-pjaċiri, mill-fama u l-popolarità, mid-dnub fil-forma ta’ serq, inġustizzja, gideb, qilla, vjolenza kontra l-“ieħor” li jidher theddida.  Dan kollu l-bniedem iwettqu fuq livell psikoloġiku profond ħafna bħala difiża kontra l-Mewt u l-akkwist tal-eliżir tal-Ħajja, is-sens ta’ Ħajja bla tmiem.  Il-bnedmin kollha li laħqu l-quċċata tal-akkwisti, tal-poter, u saru donnhom sidien l-Istorja, ħassew, għall-mument li jġennen, l-illużjoni ta’ Ħajja għal dejjem, imma malajr laħqithom il-waqgħa.  Alessandru l-Kbir, Ġulju Ċesri, Hitler, Stalin... biex insemmu xi ftit, kollha laħqu l-ponta tal-“Everest” tagħhom, biex imbagħad, bħal sħabhom il-bnedmin komuni, inġarru mill-kurrent.  Ħadd ma rnexxielu jfotti l-Mewt, imma l-bniedem jibqa’ jittama, jgħarrex.  Sakemm il-bniedem għadu ħaj, anke jekk jara l-oħrajn imutu, xorta jibqa’ fih  l-istint li jġagħlu jiggranfa mal-Ħajja.

Read more...
 
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>

Results 79 - 104 of 1514