top
L-istorja tal-

Mużew tal-iskultura

Kien jum il-Festa tal-Martirju tal-Battista, fid-29 ta’ Awwissu 1972, meta tqiegħdet l-ewwel ġebla tal-
Mużew tal-Iskultura mill-Isqof t’Għawdex Mons. Nikol Ġ. Cauchi, l-istess Isqof nhar it-18 ta’ Ġunju 1974
kien bierek u fetaħ dan il-mużew li fih jiġbor teżor fl-iskultura tal-ġebla Maltija, tifkira tal-knisja l-qadima
tax-Xewkija.
Hekk kif tidħol fil-mużew tal-Iskultura fuq in-naħa tax-xellug wieħed isib l-artal li kien iddedikat lill-
Profeta San Elija. L-istatwa tal-qaddis tpoġġiet għall-qima fir-Rotunda u flokha tpoġġiet l-istatwa ta’
Santa Rita maħduma minn Wistin Camilleri fl-1924 bħala wegħda ta’ Ġanni Xuereb.
Taħt dan l-artal wieħed jista’ jsib numru ta’ ġebel uħud minnu b’disinni minquxa fuqu li kienu ġew
skavati waqt li kien qiegħed isir it-tħammil għall-pedamenti tal-mużew. Wisq probabbli dan il-ġebel kien
jinsab fit-Tempju Megalitiku li kien jinsab fuq dik il-medda art fi żmien preistoriku.
Fuq dan l-artal insibu Kurċifiss antik ferm li l-poplu kien kiseb qima kbira lejh u li kien jinsab f’wieħed
mill-artali laterali tal-knisja l-qadima. Fil-Ġimgħa l-Kbira dan il-Kurċifiss kien jitqiegħed fuq l-artal maġġur
għall-qima tal-fidili. L-awtur ta’ dan il-kurċifiss intesa mal-istorja iżda nafu li hu magħmul mill-kartapesta.
L-istatwarju Karlu Darmanin kien iqisu bħala xogħol artistiku sabiħ ferm. B’digriet tat-13 ta’ Ġunju 1830,
l-artal tal-Kurċifiss kien ġie privileġġjat mill-Papa Piju IX b’diversi indulġenzi.
Hekk kif tikser ma’ dan l-artal wieħed jilmaħ l-inkwatru tal-Madonna tar-Rużarju, li huwa ċertament
wieħed mill-iktar opri prestiġjużi Ii konna insibu fil-knisja l-qadima. Dan l-inkwatru kien ikkommissjonat fi
żmien l-Arċipriet Dun Pietru Aquilina (1735-1774). Għandna x-xorti kbira Ii dan l-inkwatru huwa wieħed
minn dawk il-ftit illi I-artist Francesco Zahra ffirma.
Nafu Ii dan l-inkwatru kien irtokkjat mill-istatwarju Għawdxi Wistin Camilleri ( 1885-1979). Ta' dan ix-
xogħol huwa rcieva tnax-il lira Maltija (€27.95) fit-3 ta' Lulju, 1943
Fuq din it-tila, nsibu Iil Marija Santissima bħala l-figura ċentrali bilqiegħda fuq is-sħab, flimkien ma' San
Duminku u Santa Katerina ta' Siena Ii qegħdin għarkubbtejhom f'adorazzjoni. Marija qiegħda tagħti l-
kuruna tar-rużarju Iil San Duminku, filwaqt Ii Ġesu’ Bambin, qiegħed inewwel bukkett ċentufilju Iil Santa
Katerina.
Il-kompożizzjoni ta' din il-pittura hi mibnija fuq forma piramidali; forma klassika Ii toħloq bilanċ u
armonija assoluta. L-isfond tal-inkwatru huwa mimli kerubini Ii qegħdin jerfgħu medaljuni Ii jirrakkontaw
il-misteri tar-Rużarju. Dawn jagħmluh kwadru rari ħafna f'Għawdex.
Fuq il-pittura tar-Rużarju nsibu l-pittura tas-Sagra Familja li għaliha kien hemm artal iddedikat fil-Knisja l-
Qadima, din il-pittura hi xogħol l-artist Veneti.
Apparti l-inkwatru tar-Rużarju, Zahra ħadem xogħol ieħor fil-knisja, fejn ħames pituri oħra jistgħu jiġu
attribwiti lilu mingħajr ebda dubju. Dawn huma l-pitturi zgħar Ii nsibu kull naħa ma' ġenb il-kwadri tar-
Rużarju kif ukoll ma' ġenb dak tal-erwieħ. Dawn jinkludu: San Vinċens Ferrer u San Alwiġi maġenb il-
kwadru tar-Rużarju u I-Papa San Klement I u San Franġisk maġenb dak tal-erwieħ, rispettivament. Dawn
il-qaddisin huma mpittra b'pinzellati friski u b'kuluri vivaċi. Is-sotto kwadru Ii jirrapreżenta I-Madonna
tal-Bon Kunsill Ii jinsab taħt l-inkwatru tal-erwieħ huwa wkoll xogħol ta' Zahra.
Hekk kif tkompli ddur fuq il-bieb li jagħti għal barra wieħed isib wkoll iż-żewġ kwadri li kienu fil-kor tal-
knisja l-qadima. Wieħed jirrapreżenta t-Twelid tal-Battista u l-ieħor il-Martirju ta’ San Ġwann, xogħol ta’
Rokku Buhagiar. Dawn iż-żewġ kwadri kienu ġew mogħtija b’rigal mill-Familja Cassar fl-1788. Fl-inkwatru, Ii kien imdendel fuq l-artal iddedikat lill-erwieħ, insibu rappreżentat fil-parti tan-naħa ta' fuq
it-Trinita’ Qaddisa, il-Missier, l-lben, u l-Ispirtu s-Santu flimkien ma’ Marija Santissima u l-Papa Gregorju
l-Kbir qegħdin jinterċedu magħhom għall-erwieħ. Fil-parti ta' isfel nsibu anġlu Ii qiegħed jeħles l-erwieħ
sofferenti mill-purgatorju. Din l-opra kienet irtokkjata minn Carmelo Mangion, Ii rċieva s-somma ta'
tmintax ii-lira (€41.93) fit-13 ta' Ottubru, 1895. Ta’ min iżid Ii dan l-inkwatru huwa bbażat fuq inkwatru
ieħor Ii nsibuh fil-knisja tal-Erwieħ, il-Belt Valletta, xogħol taI-artist ċelebri Mattia Preti. Il-kompożizzjoni
tal-inkwatru tax-Xewkija huwa prattikament identiku għal dak ta' Preti. L-unika dilferenza Ii hemm hi Ii l-
inkwatru tax-Xewkija nsibu ż-żieda tal-Papa Gregorju l-Kbir ma' ġenb il-Verġni Marija. Fiha nsibu ukoll
skont rimarki ta’ Alexander Bonnici O.F.M Conv., l-armi ta’ Gran Mastru Alof de Wignacourt (1547-1622),
tal-Isqof Tumas Gargallo u ta’ donatur mill-Ordni ta’ San Ġwann li kien mill-Isla, xhieda aktar tal-antikita’
ta’ din il-pittura.
Dan l-inkwatru mhux iffirmat huwa tradizzjonalment attribwit Iil Francesco Zahra. Din l-affirmazzjoni hija
assolutament żbaljata. Dan għaliex fir-riċerka Ii għamel Paul Falzon fl-arkivju tal-Isqof ta' Għawdex,
insibu Ii din il-pittura kienet diġa’ teżisti u mdendla fil-knisja l-Qadima tax-Xewkija sa mis-sena 1687. Din
il-pittura nsibuha deskritta b'mod dettaljat fir-rapport tal-viżta pastorali Ii għamel l-Isqof Davide Cocco-
Palmieri fl-istess sena.
Insibu fuq din il-pittura l-uniku fdal tanġibbli tal-pittura tal-koppla tal-Knisja l-Qadima li tpittret fl-1882
minn Giovanni Gallucci u kienet turi l-Glorja ta’ San Ġwann il-Battista. L-uniku fdal li nsibu hi biss ix-
xbieha ta’ San Ġwann b’idejh mgħollija ‘l fuq lest biex jirċievi l-kuruna tal-glorja u bil-ħaruf maġenb u bi
sfond kaħlani.
Insibu wkoll l-artal iddedikat lill-Immakulata Kunċizzjoni u li fil-kwadru tinsab ix-xbieha tal-Appostlu San
Pawl u San Injazju ta’ Loyola ta’ artist mhux magħruf. Maġenb dan l-artal insibu niċċa li fiha hemm ix-
xbieha tal-Madonna ta’ Lourdes li tbierket fil- 11 ta' Frar 1875 mill-Isqof ta' Għawdex Mons. Anton Grech
Delicata, wara li ġiet mogħtija min-negozjant Bernardo Abela. Kienet tinżamm fil-Knisja ta' San Ġużepp
``tas-Suq`` ġewwa l-Belt Victoria, imma mbagħad fl-1879 ingħatat lill-Knisja arċipretali tax-Xewkija fejn,
meta kien għad hemm il-knisja l-qadima, kellha n-niċċa tagħha fil-Kappella tad-Duluri. Wieħed imbagħad
jasal biex jara l-kor il-qadim tal-Knisja
L-Isqof Mons. Molina kien ta bħala rigal lill-Knisja Parrokkjali tax-Xewkija, il-Kwadru titulari ta’; San
Ġwann Battista. xogħol tal-pittur kalabriz Mattia Preti. Dan kien fis-sena 1680. Iżda sena wara l-Isqof
Molina b’ordni tiegħu, il-kwadru ta’ San Ġwann ġie mneħħi, mibgħut u mqiegħed fi knisja fil-Belt ta’
Lerida f’Barċellona ġo Spanja. Pero’ l-Isqof Molina ordna kwadru ieħor tal-Battista għand Giocchino
Loretta, skular ta’ Preti, fejn jidher ukoll li għal dan ix-xogħol kien imdaħħal Mattia Preti nnifsu. Dan il-
kwadru tal-aħħar huwa dak li nsibu fil-mużew. L-artal ta’ taħtu kien dak iddedikat lill-erwieħ. L-apside ta’
wara l-artal maġġur kienet mnaqqxa fil-ġebla Maltija fis-sena 1655. Xogħol mill-isbaħ fil-barokk li wisq
probabbli kienet xogħol ta’ xi refuġjati Sqallin li ħarbu minn pajjiżhom u sabu rifuġju fil-knisja tax-
Xewkija. L-iskultura mill-isbaħ hija ta’ stil ‘Rococo’ u turi fiha qtajjiet ta’ serafini u puttini lkoll jagħtu
qima lill-ħaruf ta’ Alla. Taħt it-titular wieħed jista’ jsib il-kwadru tal-Madonna tal-Karmnu xogħol tal-
pittur magħruf Rafel Caruana u li tbierek nhar it-23 ta’ Lulju 1851.
Wieħed isib kull naħa tal-artal statwi mnaqqxa fil-ġebel jirrapreżentaw lill-Verġni Marija u l-Anġlu
Gabrijel xogħol ta’ Liberat Borg fis-sena 1889 u li kienu jinsabu fil-faċċata tal-knisja l-qadima. Biswit it-
titular ta' San Ġwann Battist, nsibu żewġ xogħlijiet magħmula minn segwaċi ta' Francesco Zahra. Dawn
huma l-inkwatri ta' San Żakkarija u dak tal-Viżitazzjoni tal-Madonna Iil Santa Eliżabetta. Fuq il-bieb li minnu tidħol għall-mużew mill-knisja Rotunda wieħed isib plakka tal-irħam li tikkommemora l-
konsagrazzjoni tal-knisja l-Qadima li ġġib id-data 12 ta’ Ottubru, 1755, fost diversi affarijiet tfakkar il-
miġja ta’ San Pawl f’Malta u kif minn dawn l-inħawi; ‘Audierunt, Crediderunt, Custodierunt’ jiġifieri n-
nies semgħuh, emmnuh u għożżewh dak it-tagħlim li b’mod mirakoluż semgħu minn daqs tant bogħod.
Tagħrif ikkumpilat minn Mark Attard
Referenzi: ‘Ix-Xewkija tul iż-Żminijiet’ u ‘Ix-Xewkija fi ġrajjiet il-Kappillani u l-Arċiprieti tagħha’ ta’ Patri Serafin Borg

Sa mill-bidu tas-seklu għoxrin, il-poplu Xewki wera x-xewqa tiegħu li jibni knisja ġdida, peress li I-popolazzjoni tar-raħal baqgħet dejjem tiżdied. L-ewwel attentat biex tinbena knisja ġdida kien fi żmien l-Arċipriet Pietru Pawl Ciantar segwit mis-suċċessur tieghu Dun Anton Grima, però t-talba tagħhom dejjem giet miċħuda.

Fi żmien l-Arċipriet Dun Ġużepp Grech, Il-knisja baqgħet tinħass iktar ċkejkna għall-popolazzjoni tax-Xewkija, Għaldaqstant, wara li ħa l-pussess tiegħu bħala Arċipriet tal-parroċċa, reġa’ għamel it-talba biex tinbena knisja ġdida fix-Xewkija. Sa dan iż-żmien, l-Isqfijiet qatt ma kienu approvaw permessi biex jinbena tempju ġdid fix-Xewkija, prinċipalment minħabba l-iskultura li kienet tinsab f’din il-knisja qadima, li hija ċertament unika għall-gżejjer tagħna u anke peress illi kien hemm biża’, li sa meta jitlesta x-xogħol fuq knisja ġdida, il-parruċċani ma jkollhomx post fejn isiru s-servizzi liturġiċi.

Wara numru ta’ diskussjonijiet bejn Mons. Ġużeppi Pace I-Isqof ta’ Għawdex, l-Arċipriet Ġużepp Grech, il-kleru u delegazzjoni mill-poplu, Mons. Isqof ċeda għall-insistenza tax-Xewkin u tenna dawn il-kelmiet, “Ibdew iġbru l-flus sabiex meta jkollkom somma sabiħa tigi mitmuma x-xewqa tagħkom u tal-antenati tagħkom u tibdew knisja ġdida.” Din il-wegħda saret bil-patt illi l-iskultura antika tiġi preservata f’mużew mibni apposta għaliha u bil-patt illi l-poplu jibqa’ servut tajjeb fil-qadi tas-servizzi reliġjużi. Kien propju Ħadd qabel il-festa tas-sena 1948 meta l-Arċipriet il-Wisq Reverendu Dun Ġużepp Grech ħabbar minn fuq il-pulptu illi d-diffikultajiet li kienu Itaqgħu magħhom ta’ qabilhom, issa, kienu ġew kollha mirbuħa u kien wasal iż-żmien li x-Xewkin jibdew ħidmiethom fuq il-proġett ta’ knisja ġdida. Fl-istess diskors tiegħu, l-Arċipriet kien għamel talba għall-kuraġġ, volontà tajba u sagrifiċċju filwaqt li talab lil kulħadd biex jgħin mill-aħjar li seta’ sabiex iwettqu l-ħolma tagħhom.

Il-poplu wieġeb b’ġenerozità għal dan l-appell u għaldaqstant, meta bdew isiru ġabriet ta’ flus u anke ġbir ta’ deheb, kulħadd ikkontribwixxa mill-aħjar li seta’: Il-pjanti ta’ dan il-proġett ġew afdati f’idejn il-Perit Ġuze’ Damato li laqa’ bil-ferh dan ix-xogħol. Min-naħa tiegħu, huwa wiegħed li jibni knisja tonda madwar il-qadima, li jkollha l-kapaċità li tesa’ elfejn ruh bilqiegħda u erbat elef bilwieqfa. Kull min ra din il-pjanta, baqa’ mistagħġeb bil-kobor u ġmiel tagħha..

It-tul ta’ din il-knisja tonda huwa ta’ 208 pied minn ġewwa u l-ikbar wisgħa huwa ta’ 140 pied. Id-dijametru fil-għoli tal-koppla huwa ta’ 82 pied minn ġewwa u 90 pied minn barra. Din il-koppla tistrieħ fuq tmien kolonni li huma tal-ferrokonkrit, miksija bil-ġmiel tal-ġebla Għawdxija.

Fuq xewqa ta’ dan l-istess Perit, l-ippjantar tal-knisja l-ġdida beda fid-19 ta’ Novembru 1951. Tajjeb li wieħed jinnota illi peress li huwa kien devot kbir ta’ San Ġużepp, kull opra kbira li ħarġet minn taħt idejh, dejjem kienet mibdija fid-dsatax tax-xahar u l-ebda xoghol ma fallielu.

It-tqegħid solenni tal-ewwel ġebla sar fl-4 ta’ Mejju 1952 mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Ġużeppi Pace, Isqof ta Għawdex. Dakinhar kull Xewki kif ukoll numru kbir ta’ Għawdxin u Maltin oħra kienu miġbura madwar l-Isqof, I-Arċipriet u l-kleru biex jingħaqdu fil-ferħ ta’ ġrajja hekk kbira. Mons. Isqof ġie milqugħ trijonfalment minn għadd kbir ta’ muturi u oħrajn fuq iż-żwiemel li skortaw il-karozza mill-palazz Veskovali sax-Xewkija. Meta l-karozza tal-Isqof waslet fejn il-mitħna ta’ tarf ir-raħal din ġiet miġbuda bil-ħbula sal-pjazza akkumpanjata mill-Banda Leone. L-Isqof qiegħed u bierek l-ewwel ġebla li kienet tiżen tunnellata. F’ħofra li tħaffret f’din Il-ġebla, huwa poġġa xi muniti tad-deheb u tal-fidda, medalji tal-qaddisin u tubu tal-ħġieġ li fih kien hemm il-parċmina li tfakkar it-tqegħid ta’ din il-ġebla. lx-xogħol fuq il-knisja l-ġdida ssokta ġmielu, tant illi fis-16 ta’ Lulju 1964 sar l-ewwel ċirku tal-koppla l-kbira, X’aktarx dan kien l-iktar proġett kbir li sar f’temp ta’ ġurnata waħda tant li ħa elf u tliet mitt xkora siment u fih ħadmu mitejn u ħamsin persuna. Fl-4.30am ingħataw it-tiri li ħabbru l-bidu ta’ din il-ġurnata xogħol li ntemmet fis-7.00pm.

B’xorti ħażina, Il-Perit Damato ma kellux jara r-Rotunda lesta hekk kif huwa ħalla din id-dinja fis-26 ta’ Mejju 1963. Madanakollu, huwa kien ħalla d-dettalji kollha li kien għad fadal isiru fil-knisja il-ġdida kemm fuq barra, kif ukoll fuq in-naħa ta’ ġewwa tagħha, li permezz tagħhom seta’ jitlesta x-xogħol anke fl-assenza tal-Perit innifsu, kif fil-fatt sar.

Il-poplu flimkien mal-emigranti Xewkin baqgħu jikkontribwixxu bi ġbir ta’ flus, bhejjem u prodotti agrikoli u s-sajjieda kienu anke joffru sehem mis-sajda tagħhom. Kull ġimgħa kienet issir il-ġabra tax-xelin minn kull familja li kienet ta’ għajnuna kbira sabiex tkopri l-finanzjarjament ta’ dan il-proġett hekk ambizzjuż.

Kull mibdi mitmum u t-tempju monumentali ta’ San Ġwann Battista tlesta mill-bini tiegħu. Fil-31 ta’ Mejju 1970 sar it-tqiegħed tas-salib fuq il-koppla. Dan is- salib twil tmien piedi u wiesa’ sitt piedi, tqieghed fuq trakk dekorat bil-liedna u l-weraq tar-rand, dar mat- toroq prinċipali tar-raħal sa ħdejn il-mitħna, minn fejn tmintax-il sena qabel ix-Xewkin laqgħu lill-Isqof Pace biex isir it-tberik tal-ewwel ġebla. In-Nunzju Apostoliku Mons. G. Majoli kien skortat minn ħdejn il-mitħna minn għadd ta’ żwiemel u muturi sal-misraħ ewlieni, fost id- daqq ferrieħi tal-Banda Prekursur, daqq ta’ qniepen u nar tal-ajru. Żgur li l-pjazza qatt ma rat folla hekk kbira daqs dakinhar. Wara diskors sabiħ tal-okkażjoni mill-Wisq Reverendu Arċipriet Grech, sar it-tberik tas-salib min-Nunzju Apostoliku. Fost iċ-ċapċip kbir u għajjat ta’ evviva s-salib ġie meħud minn ġol-pjazza u mtella’ bil-mod għal fuq il-boċċa tal-lanterna li fiha għoli ta’ 245 pied.

Bla serħan, l-Arċipriet baqa’ jaħdem għat-tlestija u tisbieħ tar-Rotunda, sakemm bl-akbar sfortuna, fit-18 ta’ Ottubru 1971, waqt li kien fi triqtu lejn Malta sabiex jagħmel l-ordni tal-ħġieġ tal-koppla, huwa kellu jmut ħesrem b’diżgrazzja fatali li ġratlu fl-Imġarr Għawdex. Fil-mewt tiegħu jidwi l-kliem li huwa stess kien lissen ftit tas-snin qabel, hekk kif huwa miet, “Vittma għall-ġid tal-poplu Xewki u tar-Rotunda”.

Huwa definittivament jibqa’ mfakkar għall- kwalitajiet sbieħ u nobbli li kien mogħni bihom, jispikkaw fosthom l-umiltà, is-sens kontinwu ta’ sagrifiċċju u dedikazzjoni fis-satra tal-ħajja tiegħu ta’ kuljum – liema kwalitajiet żgur li kienu pilastri importanti fil-ħidma tiegħu għall-bini tal-knisja l-ġdida.

Fil-15 ta’ Ġunju 1973, il-Knisja Rotunda ġiet uffiċjalment iddikjarata miftuħa u ġiet imbierka mill-Isqof Cauchi.

Bejn 1974-1978 kienu saru diversi proġetti  fosthom, il-bieb il-kbir tar-Rotunda li dan kien maħdum mis-sur Salvu Tabone fuq disinn tas-Sur Toni Saliba u li ġie inawgurat nhar it-18 ta’ Ġunju 1974.  Kienu ġew mixtrija l-bankijiet ġodda għal-knisja, il-bini tal-prospettiva tal-kor, sitt prospettivi għall-ġnub, portiku imsaqqaf b’gallerija u żewġ niċeċ fuq xulxin, ħdejn il-bieb il-kbir tar-Rotunda.  Il-bini tal-prospettivi kien sar min Leli Saliba mill-Għarb.  L-iskultura tal-gallerija tal-orgni u l-prospettiva tal-kor kienu saru mil-iskultur Xewki Toni Camilleri flimkien ma’ ibnu Kristinu. F’Awissu 1975 kien wasal l-artal mejda li nħadem mid-ditta Romeo Ceccotti.  Dan ġie imbierek mill-Isqof Cauchi nhar id-29 t’Awissu 1975.  F’Mejju 1976 kien beda t-tqegħid tal-irħam tal-presbiterju mid-ditta A.F.Ellis.

Il-Knisja Rotunda ġiet ikkonsagrata minn Mons. Isqof Nikol Cauchi nhar is-17 ta’ Ġunju, 1978. Waqt iċ-ċerimonja l-Isqof dilek biż-żejt it-tnax -il salib tal-irħam ta’ madwar ir-Rotunda. Dawn is-slaleb f’forma tonda fl-alabastru kienu fil-Knisja l-Qadima, iżda ġew imdawra minn disinn tas-Salib ta’ Malta, sabiex jiġu jaqblu aktar mal-istil tal-Knisja l-ġdida. Dawn ġew maħduma fil-bronż mill-fabbrika Taljana ta’ Stefano Silbelio fuq disinn ta’ Ġuże’ Galea. Għal din l-okkażjoni kien hemm preżenti wkoll il-Kardinal Silvio Oddi.

B’ittra miktuba fl-20 ta’ Marzu, 1978, mill-Gran Kanċillier tal-Ordni Sovran Militari ta’ Malta, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ordni bl-approvazzjoni tal-Gran Maġisteru, għoġobha tistabilixxi uffiċjalment is-“Sede Spiritwale” tal-Kavallieri f’Ghawdex fil-Knisja Arcipretali ta’ San Ġwann Battista fil-Parroċċa tax-Xewkija. Dan it-titlu ngħata nhar it-23 ta’ Ġunju 1978. Waqt din iċ-ċerimonja kienet inġiebet ir-relikwa tal-Id ta’ San Ġwann li tqiegħdet fuq l-Artal Maġġur. Din kienet imsellfa mill-Patrijarka ta’ Venezja, il-Kardinal Albino Luciani li ftit taż-żmien wara nħatar bħala Papa Ġwanni Pawlu I.

Il-Wisq Reverendu Arċipriet Dun Karm Mercieca nħatar Kanonku Onorarju tal-Knisja Katidrali, bit-titlu ta’ Monsinjur b’seħħ mill-14 ta’ Mejju, 1978 liema dinjità ser tibqa’ mgħoddija lill-Arċiprieti tal-ġejjieni

Il-Knisja Arċipretali tal-Parroċċa tax-Xewkija ġiet mgħollija għad-dinjità ta’ “Santwarju Djoċesan” minn Mons. Nikola G. Cauchi, Isqof ta’ Għawdex, b’digriet tal-21 ta’ Mejju, 1978.

Proġett li twettaq fi żmien l-Arċipriet Mercieca kien il-bini tal-Kampnar tal-Knisja Rotunda.  L-ewwel ġebla tqiegħdet u tbierket mill-Isqof Cauchi nhar il-15 ta Ġunju 1987.  Il-bini tal-kampnar kien sar minn Toni Axiaq u ġie inawgurat nhar 29 ta’ Awissu 1991, mill-istess Isqof Cauchi u l-Arċipriet Mercieca.

Fis-6 t’ Awissu 2005, kien sar il-kuntratt tal-qniepen il-ġodda li inġabu għall-knisja Rotunda tax-Xewkija.  Il-Kuntratt sar mad-ditta John Taylor tal-Ingilterra. Kien nhar is-7 ta’ Ġunju 2006, meta waslu minn Malta is-sett tal-Qniepen ġodda għall-Knisja Rotunda tax-Xewkija.  Dawn il-qniepen ġew milqugħa fl-Imġarr Għawdex mill-Poplu Xewki.  Il-qniepen ittellgħu b’korteo sax-Xewkija.  Fil-bidu ta’ Triq San Bert, il-Qanpiena il-Kbira tniżżlet minn fuq it-trailer u tpoġġiet fuq karru fejn ġiet miġbuda mill-Poplu Xewki sa Pjazza San Ġwann Battista.   Għal din l-okkażjoni kienet ħadet sehem ukoll il-Banda Prekursur tax-Xewkija. Kif dawn twasslu fil-pjazza il-qniepen ġew imdendlin ma’ pedestalli tal-ġebel fuq il-ġenb tal-Knisja Rotunda sabiex tlett ijiem wara propju fl-10 ta’ Gunju 2006, kienet saret il-funzjoni fi Pjazza San Ġwann Battista ta’ tberik tal-Qniepen l-ġodda li inġiebu mill-Ingilterra ghal Knisja Rotunda tax-Xewkija.  It-tberik tal-qniepen sar mill-Isqof t’Għawdex Mons. Mario Grech.  F’Lulju ta’ l-istess sena bl-għajnuna ta’ diversi voluntiera Xewkin is-seba’ qniepen kienu ġew imtella’ fil-kampnar tar-Rotunda.  Waqt iċ-ċerimonja tat-tberik tal-qniepen li saret f’Ġunju kienet ukoll tbierket statwa ġdida ta’ San Ġwann maħduma fil-ġebla maltija u li aktar tard din tpoġġiet fuq il-fondispizju tal-faċċata tar-Rotunda.

Proġett kbir ieħor li kien il-ħolma ta ħafna u li llum huwa realta’ u li jista’ jitgawda fir-Rotunda huwa l-proġett tal-orgni l-ġdid li ra l-bidu tiegħu fis-2014, propju fis-16 t’Awissu 2014, sar il-kuntratt ghax-xiri tal-pipe Organ ġdid għal knisja Rotunda tax-Xewkija.  Dan il-kuntratt sar mad-ditta Michael Farley tal-Ingilterra. Fl-10 ta’ Novembru 2016, wasal fix-Xewkija l-Orgni l-ġdid tal-Knisja Rotunda. Jilqgħu l-wasla tal-orgni fix-Xewkija fost dawk preżenti kien hemm l-Arċipriet Mons. Daniel Xerri, Mons. Carmelo Mercieca, Dun Ġorġ Mercieca u s-Sur Noel Gallo li ddisinja l-orgni u ħa ħsieb ix-xogħol.  Kienu ġew ukoll il-ħaddiema inglizi li ħadmu sabiex jitqiegħed f’postu l-orgni.   Fis-6 ta’ Mejju 2017, saret l-inawgurazzjoni tal-orgni il-ġdid tal-Knisja Rotunda.  Din saret waqt kunċert li sar fir-Rotunda minn David Davies fil-preżenza tal- E.T. Marie Louis Coleiro Preca, President ta’ Malta u l-Isqof ta’ Għawdex E.T. Mons Mario Grech.

 

Xogħlijiet tal-arti fil-Knisja Rotunda

 

Bejn l-1978 u l-1980 kienu saru l-pitturi li nsibu fil-knisja Rotunda tax-Xewkija li juru sitt episodji mill-ħajja tal-Battista. Hekk kif tibda d-dawra mix-xellug tal-knisja nsibu: It-Tħabbira tat-Twelid tal-Battista mill-Anġlu Gabrijel lil Żakkarija, it-Twelid tal-Battista, San Ġwann qed juri lil Kristu bħala l-Ħaruf t’Alla, il-Magħmudija ta’ Kristu minn San Ġwann, San Ġwann qiegħed iċanfar lil Erodi u Erodja u kif ukoll il-Martirju tal-Battista. Dawn il-pitturi kienu saru mill-Kav. Pawlu Camilleri Cauchi. Bejn 1997 u l-1998 kienu saru il-pitturi tal-prospettiva tal-kor xogħol ukoll l-artist Kav. Pawlu Camilleri Cauchi fejn fin-nofs insibu lil Kristu msallab, fuq il-lemin il-Madonna ma’ San Ġwann l-Evanġelista u fuq ix-xellug insibu lil San Ġwann Battista fid-deżert.

 

F’Ġunju 2008 kien ġie inawgurat il-loġġ tal-istained glass ta’ fuq il-gallerija tal-orgni.  Dan juri iGlorja tal-Battista, id-disinn kien sar minn Pawlu Camilleri Cauchi u xogħol kien inħadem mid-ditta Taljana Domus Dei li jinsabu f’Ruma. Fl-2009 propju fix-xahar ta’ Ġunju kien ġew inawgurati żewġ loġġijiet oħra ta’ fuq il-prospettivi tal-ġnub u li dawn juru l-Viżitazzjoni ta’ Marija lil Eliżabbetta flimkien ma’ San Ġużepp u San Żakkarija u faċċata ‘l Ġwanni ma’ Kristu fiż-żgħożija tagħhom u l-profeti Elija u Isaija.

 

Fl-2011 l-istess artist Kav. Pawlu Camilleri Cauchi kien lesta sett ta’ erba’ pitturi li fihom juru l-erba’ evanġelisti u li dawn tpoġġew tnejn fuq il-bieb tas-sagristija u tnejn l-oħra fuq il-bieb tal-Mużew tal-iskultura.

 

Insibu mdawra mal-Knisja sett ta’ 14 -il pittura tal-Via Sagra li preċedentament kienu jinsabu fil-Knisja l-Qadima. Dawn kienu nġabu minn Ruma fl-1906 ta’ artist mhux magħruf. Kien sar ukoll ir-restawr tal-gwarniċi tal-Via Sagra minn Ġanni Zammit fl-1995 u l-pittura kienet ġiet irrestawrata minn Manuel Żammit.  Il-gwarniċi tal-Via Sagra kienu ġew indurati bid-deheb.  Dan ix-xogħol kien sar mill-induratur John Pace.  Barra l-kwadri tal-via sagra kienu ġew indurati ukoll il-gwarniċi tas-sitt inkwatri tal-prospettiva.

 

Statwi meqjuma fil-Knisja Rotunda

 

Hekk kif tidħol fil-Knisja Rotunda ssib fuq il-lemin tiegħek l-istatwa titulari ta’ San Ġwann Battista li ħadem Pietru Pawl Azzopardi fis-sena 1845.

 

Faċċata tagħha nsibu meqjuma x-xbieha tal-Madonna tad-Duluri li nġiebet mid-Ditta Galard et Fils ta’ Marsilja fl-1860  u li kienet imħallsa minn Marija Scicluna. Taħt in-niċċa nsibu l-korp sant ta’ Santa Teodora li kien inġieb mill-katakombi ta’ San Kallistu f’Ruma fis-17 ta’ Novembru 1844 u li kien imħallas minn Franġisk Busuttil.

 

Fuq dawn iż-żewġ niċeċ insibu żewġ statwi tal-ġebel li juru Santa Eliżabbetta (lemin) u San Żakkarija (xellug) Dawn kienu jinsabu fil-faċċata tal-Knisja l-qadima u kienu nħadmu minn Liberato Grech fl-1889.

 

Hekk kif tibda ddur mal-knisja insibu diversi statwi. Nibdew min-naħa tal-lemin, l-eqreb statwa lejn il-Battisteru. Din hi statwa ferm qadima skolpita fl-injam tal-Madonna tal-Karmnu li l-informazzjoni dwarha hi skarsa ħafna. Jingħad li qabel din kienet tintuża wkoll għall-Madonna taħt it-titlu tar-Rużarju.

 

Insibu wkoll il-vara ta’ Ġesu’ fl-Ort li tagħmel parti mis-sett ta’ statwi tal-Ġimgħa l-Kbira maħduma għall-parroċċa tagħna minn Wistin Camilleri bejn is-snin 1922-1924. Tajjeb li jingħad li l-istatwa oriġinali kellha anġlu żgħir iwennes lil Ġesu’ imma li deher li kienet żgħira wisq u din inbidlet għall-anġlu li hemm illum minn Wistin Camilleri nnifsu f’data mhix magħrufa

 

Maġenba nsibu l-istatwa ta’ Sant’ Andrija Appostlu li d-devozzjoni lejh toħroġ mill-fatt li fir-raħal tax-Xewkija wieħed kien isib numru mdaqqas ta’ sajjieda. Din l-istatwa maħduma ġewwa Trivolo fl-Awstrija hi xogħol fl-injam ta’ Insam N. Piroth u nġiebet fl-1906. Din kienet imbierka mill-Isqof ta’ Għawdex Mons. Ġiovanni Maria Camilleri.

 

Insibu mbagħad l-istatwa ta’ San Ġużepp xogħol tad-Ditta Galard et Fils ta’ Marsilja u li nġieb madwar is-sena 1890. Din l-istatwa kienet toħroġ proċessjonalment fl-1 ta’ Mejju, Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem

 

Jekk tkompli d-dawra tal-Knisja wieħed imbagħad isib l-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju xogħol tad-Ditta Galard et Fils ta’ Marsilja. Din inġabet fit-8 ta’ Awwissu 1857 u ġiet tiswa’ 377 skud.

 

Hemm ukoll l-istatwa ta’ Sant’ Antnin ta’ Padova xogħol fl-injam. Din flimkien mal-istatwa ta’ Sant’ Andrija ġiet maħduma ġewwa Trivolo fl-Awstrija hi ta’ Insam N. Piroth u nġiebet fl-1906. Din kienet imbierka mill-Isqof ta’ Għawdex Mons. Ġiovanni Maria Camilleri.

 

Insibu mbagħad l-istatwa devota ta’ Ġesu’ Redentur, li nġiebet f’raħalna fis-16 ta’ Marzu 1985 xogħol mill-isbaħ ta’ Michael Camilleri Cauchi. Din l-istatwa toħroġ proċessjonalment ġimgħa qabel il-Ġimgħa tad-Duluri.

 

Fl-aħħar insibu l-istatwa ferm qadima u devota tal-profeta San Elija li nħadmet fl-1790 minn Marjano Ġerada u mħallsa minn Dun Luċju Vella devot kbir ta’ dan il-qaddis. Din l-istatwa kienet tinħareġ proċessjonalment b’devozzjoni meta kien ikun hawn nuqqas kbir ta’ xita.

 

Bejn 1994 u 1995 il-mastrudaxxa xewki Ġanni Żammit kien ħadem erba’ niċeċ tal-kewkba għal-istatwi tal-Madonna tal-Karmnu, Sant Indrija, Sant’ Antnin u San Elija.

 

Fis-sagristija nsibu l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt li fuq il-ġnub tiegħu nsibu anġlu li qed iżomm il-blata tal-qabar u suldat Ruman imbeżża’.  Din l-istatwa ġiet maħduma minn Alfred Camilleri Cauchi u ħarġet proċesjonalment għall-ewwel darba nhar l-Għid il-Kbir, 12 ta’ April 2009.   Fil-11 ta Jannar 2009, l-Isqof t’Għawdex Mons. Mario Grech, bierek niċċa ġdida maħduma minn Bertu Mallia u li din tqiegħdet fis-Sagristija tal-Knisja Rotunda.

 

 

 

 

 

 

Tagħrif ikkumpilat minn; John Xerri, fir-Rivista Gourgion, Għadd 62, 2020  Joanna Falzon u Mark Attard

Where to find us

Chapel

Lorem ipsum dolor sit amet, consectetur elit sed do eiusmod tempor incididunt.
a