Hymns dedicated to St John
Innu Marċ: Lil San Ġwann Għammiedi
Lyrics: Joseph J.Vella
Music: Vincenzo Ciappara
F’dan il-jum ta’ Milied sajfi,
Mimli ferħ ma’ kullimkien;
Ġieħ u ħajr nagħtuk Ġiovanni
Bl-oħla lsien ilkoll flimkien.
L-Isem tiegħek iħennina
Għax ġie mogħti mis-smewwiet;
Fuq kulħadd il-ferħ ġewwieni
Jidwi jidher bil-ħlewwiet. (x2)
Qalbna sabet fik il-ħeġġa
Biex bnejnielek tempju ġdid,
Ġawhra u żina ta’ dil-gżira
Sawwab fina barka u ġid.
Il-ferħ tagħna l-għożża tiegħek
F’dan il-Għid ta’ twelid kbir;
Int bid-dawl tal-eqdes dija
Qalbna tfawwar, trid ittir.
Insellmulek kbir Ġovanni
Qalb id-daqq, l-isparar u l-għajjat
Kbira r-rabta ta’ bejnietna,
Li tinħall, li tinħall ma’ tista qatt!
Dejjem żomm idejk felħana
Fuq uliedek maħbubin
F’Jum twelidek ngħollu lilek
Għax int l-għaqxa tax-Xewkin. (x2)
Antifona: Ingresso Zacharia
Lyrics:
Ingresso Zacharia templum domini apparuit ei Gabriel angelus stans a dexteris altaris incensi.
Innu l-Kbir: La Natività di San Giovanni Battista
Lyrics: Giuseppi Serafin Cutajar
Music: Mro Indri Borg (1950)
Għażiż Ġwanni Padrun Tagħna
Lyrics: Mario Borg
Music: Mark Gauci (2019)
O Kbir Prekursur
Lyrics: Giuseppi Serafin Cutajar
Music: Mro Indri Borg (1931)
O Kbir Prekursur Govanni,
f’dan il-jum tal-festa tieghek
lilek naghtu gieh minn qalbna
u ilkoll nifirhu mieghek.
Glorja, glorja w ferh go qlubna
nissel fina, Prekursur,
int it-tama, int l-imhabba,
tax-Xewkin kbir protettur.
Fost l-ghajjat u sparar qawwi!
iktar tixghel qalbna pura;
il-ferh nissel fil-qlub taghna
sa ta’ l-icken kreatura.
Saltan fuqna Kbir Govanni,
int tar-rahal Protettur!
qatt ma nholqu akbar minnek;
int il-glorja, l-ferh, l-unur.